Wales u L-Afrika t’Isfel għaddew għas-semifinali tat-Tazza tad-Dinja tar-Rugby li qed issir fil-Ġappun meta għelbu rispettivament lil Franza u l-Ġappun.
Fl-ewwel kwartifinali tal-bieraħ Wales kisbu rebħa drammatika fuq Franza.
Franza dehru komdi fil-vantaġġ 19-10 kontra Wales, iżda meta l-Franċiżi kellhom plejer imkeċċi, Wales wettqu rimonta mill-aqwa u rebħu 20-19.
Fil-logħba l-oħra s-sorpriża Ġappun żammew tajjeb sal-ewwel taqsima meta daħlu minn taħt 3-5, iżda fit-tieni taqsima l-Afrika t’Isfel iddominat u rebħet 26-3.