Lokali

Mad-90,000 f’riskju ta’ faqar

Hekk kif il-ġimgħa li għaddiet statistika tal-Eurostat uriet li f’pajjiżna hawn madwar 90,000 persuna li qegħdin fil-faqar jew jinsabu f’risjku ta’ faqar…. il-Gvern Laburista jibqa’ jagħlaq għajnejh quddiem din il-problema tant kbira.

Meta mistoqsi minn dan l-istazzjoni dwar b’kemm il-Gvern qed jippjana li jnaqqas il-faqar…. il-Viċi Prim Ministru Chris Fearne qal li be ħsiebu jelimina l-faqar kollu li hawn Malta.

Fl-2013, meta tela’ Gvern Laburista, il-persuni f’riskju ta’ faqar kienu kważi 65,000 persuna…..ħafna inqas mid-90,000 persuna li jinsabu f’riskju ta’ faqar illum.

Interessanti l-fatt illi filwaqt li l-faqar f’Malta mill-2008 għall-2018 żdied, f’ħafna pajjiżi Ewropej il-faqar u l-esklużjoni soċjali naqas.

Wieħed jinnota wkoll illi għalkemm b’mod perċentwali fuq 10 snin jidher tnaqqis, huwa evidenti li dawn in-numri huma dovuti għall-fatt li splodiet il-popolazzjoni. Il-verita’ tibqa’ li f’dan il-perijodu, f’numri reali, il-faqar u l-esklużjoni soċjali f’Malta żdied.

Minkejja r-realta’ ta’ dawn in-nies, il-Gvern jibqa’ jipprova jgħaddi n-nies biz-zmien…u jibqa jirriffjuta li jammetti li għandu problema.