Ħaddiema tal-AWAS (Agency for the Welfare of Asylum Seekers) ftit tal-ħin ilu marru jipprotestaw quddiem il-Berġa ta’ Kastilja. Huma għamlu din il-protesta sabiex jitolbu li jkun hemm aktar protezzjoni fuq il-post tax-xogħol tagħhom fid-dawl tal-irvellijiet li qed iseħħu fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far.
Waqt li kienu għaddejjin l-irvellijiet wieħed mill-ħaddiema spiċċa weġġa’. Għalhekk huma kontinwament qed iħossuhom mheddin minn dawn l-immigranti.
Eżatt wara Kastilja huma baqgħu sejrin il-Ministeru tal-Intern.