Għat-tieni sena konsekuttiva l-ewwel 24 siegħa tar-Rolex Middle Sea Race wrew sfida kbira, u l-paċenzja u l-impenn tal-ekwipaġġi tal-113-il jott li qed jipparteċipaw. Il-bidu, b’riħ ħafif, kompla b’passaġġ tar-riħ ħafif lejn it-tramuntana ta’ Sqallija. Matul il-lejl, ħafna dgħajjes żammew il-pass qabel ma waqaf ir-riħ għall-parti l-kbira tal- ġurnata.
Il-grupp ta’ jottijiet li qegħdin fuq quddiem, irnexxielhom japprofittaw mir-riħ li kienu kapaċi jsibu hekk kif bdew jidħlu fil-Baħar Tirren, filwaqt li l-biċċa kbira tal-flotta għadhom iridu jilħqu l-Etna.
Rambler għadda mill-istrett ta’ Messina ftit qabel nofsinhar tal-Ħadd u laħqu lil Stromboli wara nofshinhar. Għalkemm il-kundizzjonijiet tal-2018 kienu kemm xejn simili, Rambler kiseb ħin aħjar ta’ kwazi siegħa u nofs meta mqabbel mas-sena l-oħra. Huwa frustranti li Rambler huwa 10 siegħat lura mill-pass li kellhom fl-2007 meta stabilixxew ir-rekord preżenti. Bil-previżjonijiet tat-temp mhux juru titjib fir-riħ, il-tbassir li ir-rekord mhux ħa jinkiser, jidher li hu korret.
Ix-xena tal-flotta li qegħda ssegwi lil Rambler qeda tevolvi b’mod kostanti. Mat-tlugħ ix-xemx, Rambler kellu vantaġġ ta’ 10 mil nawtiku fuq Wild Joe. Sagħtejn wara d-distakk kiber għal 15-il mil. Għal xi żmien waħdu, Wild Joe, sab ruħu maqbud fost grupp ta’ jottijiet li jinkudu Aragon, Lupa of the Sea, R92 Pendragon u il-jott ta’ 52 pied l-Arobas2.
Wild Joe, Arobas2 u Kuka 3 ħarġu mill-fliegu li jifred Sqallija minn mal-kontinent kważi tliet siegħat warajhom, b’Wizard warajhom. Id-distakk ma’ Rambler qiegħed jinżamm għalissa. Sa kemm ma jkunx hemm postijiet b’nuqqas ta’ riħ, Rambler għandu jżomm id-distakk la darba ddur ma’ Strombolicchio
It-tbassir qed juri riħ ħafif mill-Lvant għal passaġġ tul il-kosta tat-tramuntana ta’ Sqallija. Postijiet bi pressjoni għolja bejn Alicudi u Palermo għandhom jkunu ta’ benefiċċju għal Rambler. Iktar ‘l quddiem, bejn Palermo u Favignana, ir-riħ mix-xlokk ser jkun mistenni sa Lampedusa sa nofshinar tat-Tnejn, meta il pressjoni tkompli tiżdied u tissaħħaħ.
Il-progess għall-jottijiet fuq wara tal-flotta hija storja differenti, bil-maġġoranzja tagħhom jagħmlu triqtom bil-mod lejn Capo Passero fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu. Dawk li kienu viċin l-art setgħu jibbenefikaw minn ftit riħ, fosthom kienu il-jott ta’ 82 pied Aegir, il-jott ta’ 70 pied Wizard li qedin quddiem, b’distakk żgħir fuq il-jotta ta’ 42 pied -BeWild u Artie.
Jottijiet Maltin
Mill-ħdax-il jott Malti li qegħdin jipparteċipaw, il-JV42 Artie III ta’ Lee Satariano kiseb vantaġġ sostanzjali. Warajh hemm Xp-Act ta’ Timmy Camilleri u Richard Schultheis, li qegħdin f’battalja tajba ma’ Sean Borg u il-jott Xpresso. Il-familja Podesta, li qegħda ttellaq fuq il-jott Elusive 2 resqu viċin il-kosta ta’ Sqallija, filwaqt li Jonathan u Gerald Gambin, li qegħdin itellqu fuq Ton Ton Laferla Insurance qegħdin isegwu lil Elusive 2, għaxar mili warajhom.
Battalja oħra qeda tiġi miġġielda bejn Unica (Jamie Sammut) u Comanche Raider III (Ramon Sant Hill u Melle Boersma). Iż-żewġ jottijiet tal-Jarhead Young Sailors Foundation jinsabu viċin, bil-jott misjuq minn Andrea Azzopardi, JYS Jarhead b’distakk żġħir fuq JYS Jan, il-jott mgħamul minn nisa bis, misjuq minn Gabriella Mifsud.