Membru tal-Korp tal-Pulizija safa ferut wara rewwixta kbira li nqalgħet matul il-lejl fl-Open Centre ta’ Ħal Far.
Kollox jindika li r-rewwixta tal-lejl li għadda f’Ħal Far bdiet minn grupp ta’ immigranti Sudaniżi li kienu nħarġu miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Ħal Safi.

Sezzjoni tal-media qed tirrapporta li uħud mill-immigranti bdew isawtu lil grupp ta’ immigranti sħabhom fl-istess ċentru miftuħ – informazzjoni li sa issa ma stajniex nivverifikaw b’mod indipendenti.




