Kunsilli Lokali Lokali

Il-Kunsilliera Laburisti jaqblu li jittieħed il-parkeġġ tas-Sengleani

Issa uffiċjali, il-Kunsilliera Laburisti tal-Isla qablu unanimament, għal kuntrarju tal-Kunsiller Nazzjonalista, li l-ispazju ta’ parkeġġ għar-residenti tal-Isla u dawk kollha li jżuru z-zona tingħata lill-Università Ġordaniża tas-Sadeen Group.

Dan hekk kif l-ebda kunsillier Laburista ma issekonda l-mozzjoni ppreżentata quddiemhom sabiex dan l-ispazju li kien jintuża miċ-ċittadini ma jitteħidx minn għandhom u jinbena.

Dan ifisser li l-Viċi Sindku Laburista Anthony Bonavia spiċċa bela’ kliemu u qabel mat-teħid ta’ dan l-ispazju pubbliku wara li ftit tal-jiem ilu, pubblikament, kien saħansitra xerred petizzjoni fuq il-midja soċjali – liema petizzjoni kienet kontra l-estensjoni tal-Università tal-Ġordaniżi.

Il-Kunsillier Nazzjonalist Malcolm Gatt saħaq li ġaladarba l-mozzjoni li ressaq sabiex jiġu salvagwardati l-interessi tas-Sengleani ġiet imwarrba mill-Kunsilliera Laburisti jfisser li fil-kunsill hemm aktar minn moħħu sabiex jipproteġi l-interessi tal-Ġordaniżi milli l-interess taċ-ċittadini tal-Isla.

Huwa sostna li meta ċ-ċittadini jaraw dan il-parkeġġ meħud jiftakru li kien il-Partit Laburista li ħataf u ma qabizx għall-interessi tagħhom.

Skont informazzjoni li għandha din il-Kamra tal-Aħbarijiet, il-Gvern Laburista mhux biss neħħa l-art biex tinbena l-Università iżda ankè l-art li kienet tintuża mis-Sengleani.

Bosta residenti esprimew it-tħassib tagħhom ma’ Net News fejn stqarru li jinsabu mxabba b’dan l-aġir u trattament min-naħa tal-Gvern Laburista l-għaliex pinġielhom sitwazzjoni mod meta fil-verità kien qed jaħbilhom ir-realta sa mill-bidu nett.

Il-mozzjoni li ressaqt jien illum sabiex jigu salvagwardjati l-interessi tal-Isla u r-residenti taghha ma giet issekondata mill-ebda kunsillier lokali tal-Partit Laburista. Dan ifisser li fil-kunsill hemm iktar min ghandu interess jipprotegi l-interessi tal-AUM milli l-interessi tas-Senglejani li eleggewna sabiex nirraprezentawhom. Issa meta intom ir-residenti taraw il-parkegg ta’ fejn il-macina maghluq ftakru li l-Kunsilliera tal-Partit Laburista ma qabzux ghall-interessi tieghek izda ghalqu halqhom.