Internazzjonali Lokali

Il-Partit Nazzjonalista jifraħ lil Justin Trudeau

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija feraħ lil Justin Trudeau li rreġistra t-tieni rebħa elettorali tiegħu fil-Kanada. Il-Partit Nazzjonalista permezz ta’ stqarrija ffirmata mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carm Mifsud Bonnici u s-Segretarja Internazzjonali tal-PN Roslyn Born Knight qal li l-Kanada hu pajjiż u poplu li jinsab viċin tiegħu. Pajjiż li laqa’ diversi Maltin u Għawdxin li jgħixu u jaħdmu b’suċċess fih. 

M’hemmx dubju, tkompli l-istqarrija, li l-parti ċentrali tar-rebħa ta’ Trudeau ġejja mill-fatt li fl-erbgħa snin li għaddew ħa ħsieb li jimplimenta bil-fatti politika ċara favur il-klima waħda li rat ukoll d-dħul ta’ taxxa intenzjonata sabiex ma jiġix użat materjal fossili.

L-istqarrijta ttemm tgħid li din hija t-triq tal-futur li l-Partit Nazzjonalista bħal kull partit progressiv iħares li tiġi mwettqa għall-ġid tal-poplu Malti tagħna. Id-dinja għandha bżonn iktar politiċi bħal Justin Trudeau, li jimplimentaw politika ċara u kuraġġuża li tassigura li jkun protett l-ambjent tagħna lkoll.