Budget 2020 Lokali Parlament

Joseph Muscat jibqa’ jiġġustifika l-politika dwar il-ħaddiema barranin u l-immigrazzjoni

Jammetti li kien għamel żball meta ddikjara pushback

Il-Prim Ministru Joseph Muscat iġġustifika l-politika tal-gvern tiegħu dwar l-immigrazzjoni iżda ammetta li kien għamel żball meta fil-passat kien iddikjra li hu jemmen fil-pushback.

Fid-diskors ta’ tweġiba tiegħu għad-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni dwar il-budget Joseph Muscat qal li l-Maltin jemmnu li l-pajjiż miexi ‘l quddiem minħabba li l-ekonomija li qed tikber, l-investiment fl-edukazzjoni u fis-saħħa, l-għajnuna lill-familja, lill-klassi medja, minħabba li ddaħħlet l-ugwaljanza u għax Malta hi pajjiż miftuħ kożmopolitan; pajjiż miftuħ.

Il-pajjiż issa għandu problemi ġodda iżda jafdaw lill-PL beix isolviehom, sostna l-Prim Ministru, li qal li dan hu budget imsejjes fuq ir-rispett lejn il-familji bieżla, li jkunu mgħejjuna dawk fil-bżonn u jinqered il-faqar u l-pajjiż isir sostenibbli bi pjan għall-ġenerazzjonijiet futuri.

“Tlaqna minn sitwazzjoni ta’ pajjiż b’saħħtu”, irrikonoxxa l-Prim Ministru, li kompla li minkejja dan il-poplu kien qed jaqta’ qalbu. Il-budget ta’ Malta kien approvat mill-UE.

Il-Prim Ministru semma’ n-nisa u qal li għall-Gvern, in-nisa mhux sezzjoni iżda l-budget kollu hu dwar in-nisa fl-inizjattivi. Hu wera tama li jintlaħaq qbil biex għall-elezzjoni ġenerali li ġejja jkun hawn rappreżentanza ġusta bejn is-sessi. Dan budget riċiklat għax il-gvern qed juża’ l-istess ħaġa li kien juża’ qabel; għax kien hemm is-suċċess, sostna l-Prim Ministru.

Joseph Muscat qal li sa mill-budget tal-2103 dejjem kien hemm effetti pożittivi fuq il-poplu. Hu qal li dan hu budget ieħor li għandu surplus fejn il-gvern qed jonfoq iktar iżda l-ispiża qed tonqos għal €4.4 biljun; żieda ta’ €2,000 miljun fin-nefqa li marret fuq edukazzjoni, servizzi soċjali u fuq is-saħħa. F’dawn is-setturi l-gvern irdoppja n-nefqa tiegħu.

Dwar il-persons of trust, il-Prim Ministru qal li taħt gvern tal-PN kien hemm 638 waqt li llum hemm 683 iżda dawn ġabu ferm iktar riżultati. Il-gvern naqqas id-dejn u naqqas l-imgħaxijiet. Is-sna d-dieħla l-ekonomija se tikber b’4% fejn il-gvern Laburista se jkun irdoppja l-ekonomija.

Il-Prim Ministru tkellem dwar ir-reputazzjoni tal-pajjiż u qal li gvern Nazzjonalista kellu Oppożizjzoni li tgħinu u mhux li tfixklu. Il-problemi irridu nsolvuom flimkien, sostna l-Prim Ministru, li espriema l-appoġġ u l-fiduċja fl-Avukat Ġenerali u fil-Ġudikatura kollha. Dan hu gvern li josserva s-saltna tad-dritt, sostna l-Prim Ministru, li hu u familtu ma ħadux vantaġġ minn Egrant li sejħilha bħala “gidba faħxija”.

Joseph Muscat kompla li l-gvern se jidħol fis-settur tad-drones fejn se jsir master plan u fis-settur tal-kannabis medika. Dwar il-blockchain, il-Prim Ministru qal li ngħataw diversi liċenzji fejn se jnħolqu ħafna postijiet tax-xogħol. Dwar il-gaming, il-Prim Ministru qal li adan is-settur qed jikber fejn f’sena l-impjiegi żdiedu b’10%. Malta tinsab quddiem fl-UE dwar l-e-government.

Hu semma’ lil Għawdex u qal li llum Għawdex qam fuq saqajh b’ħolqien tax-xogħol iktar minn Malta. Il-Prim Ministru tkellem dwar ix-xoħol u qal li hemm ħolqien tax-xogħol f’diversi setturi u tnaqqis fil-qagħad fosthom fil-persuni b’diżabbiltà. Dwk il-persuni b’diżabbità ma jistgħux jaħdmu issa se jingħataw il-paga minima.

Il-Prim Ministru tkellem dwar l-integrazzjoni u qal li l-Gvern mhux se jġelled lill-Maltin mal-barranin. Dwar l-argument ekonomiku, l-Prim Ministru qal li hu argument “bażwi” li l-ekonomija qed tikber minħabba l-popolazzjoni. Mill-2003 għall-2102 l-ħaddiema barranin triplikaw iżda l-ekonomija kienet miexja bit-tlikki tlikki.

Joseph Muscat rrifera għar-rapport tal-Bank Ċentrali u qal li sitta minn kull 10 barranin li hawn fil-pajjiż ġejjin mill-UE. Bħalissa hawn l-inqas ammont ta’ persuni jirreġistraw fl-istorja minkejja l-barranin li hawn fil-pajjiż. Muscat kompla li li 18% biss tal-barranin jiġu biex jagħmlu xogħol elementari. Hu qal li l-istudenti fl-univeristà qed ikollhom l-impjiegi l-ġodda sa mit-tieni sena.

Il-Prim Ministru sellem lill-ħaddiema li kienu impenjati fir-rewwixta fiċ-Ċentru Miftuħ f’Ħal Far u sostna li dak li seħħ hu kundabballi, mhux tollerabbli u kuħadd irid isegwi l-liġijiet. Irrispettivament jekk hux iswed jew abjad iridu jitressqu l-qorti. Dan mhux kwistjoni ta’ “aħna kontra huma” u qal li ftit ‘l bogħod inqatel iswed. Qed jixterdu qlajjiet minn irjiħat popolisti li m’għandhomx jingħataw spazju fil-pajjiż.

Il-Prim Ministru reġa’ semma’ l-qtil tal-immigrant f’Ħal Far u qal li l-Maltin huma poplu ta’ emigrazzjoni fejn terz tal-Maltin telqu mill-pajjiż. Dawn kienu milqugħa f’dawk l-pajjiżi. Lill-komunità barranija li tgħix fil-pajjiż, il-Prim Ministru qallha, bl-Ingliż, li l-mġġoranza tal-Maltin iridu jilqguħhom iżda r-regoli huma ħal kulħadd.

Lill-Maltin, il-Prim Ministru qallhom li jkun għalxejn li jintrefgħu l-qaddisin jew li mmorru l-quddies. Jekk ikollok persuna qed tgħereq f’nofs ta’ baħar isalvaha jew le.

Il-Prim Ministru ammetta li kien qal ħażin u kellu żball meta qal li ried pushback. Issa l-mument li naraw l-affarijiet kif inhuma, sostna l-Prim Ministru. Jekk nipprovaw inrewwħu, inkunu intlifna bħala pajjiż, sostna Joseph Muscat, li qal li jekk hu għamel żball meta qal pushback, l-Oppożizzjoni m’għandhiex tirrepetieh.

Il-Prim Ministru tkellem dwar l-inizjattivi tal-budget fosthom għall-għalliema, tnaqqis fit-taxxa, daqqa tal-mewt għall-prekarjat u żieda fil-pensjonijiet. Mhux minnu li llum hawn inqas Maltin li qed isiru sidien ta’ darhom fejn 30,000 familja saru sidien ta’ darhom fl-aħħar sitt snin. Il-gvern se jgħin lill-familji li m’għandhomx biex iħallsu d-depożistu fuq ix-xiri tal-propjetà.

Il-Prim Ministru qal li l-gvern se jieħu lill-Oppożizzjoni bis-serjetà meta l-PN jagħmel pjan dwar il-mass meetings u l-kuruni tal-fjuri.

Dwar il-housing, il-Prim Ministru semma’ l-lokalitajiet fejn se jinbnew l-1,200 unit u qal li l-gvern qed isib żoni fi ħdan iż-żoni taż żvilupp biex jinbnew.

Joseph Muscat kompla li l-faqar naqas bi 13,000 persuna u issa l-focus tal-gvern huma l-anzjani. Il-qagħad fost iż-żgħażagħ naqas b’90%.

Il-gvern għalaq il-power stations tal-Marsa u ta’ Delimara li kienu l-aktar li jniġġsu u issa qed jitratta l-problema tal-emissjonijiet mill-karozzi. Il-gvern qed jonfoq €27 miljun fis-sena tat-trasport tat-tfal tal-iskejjel. Il-pjan tal-gvern hu li t-trasport pubbliku jkun trasport ikun b’xejn għal kulħadd. Il-gvern se joħorġ iktar sejħiet għal konnessjonijiet bil-baħar.

Dwar il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni fuq l-emerġenza fil-klima, il-Prim Ministru qal li l-parlment diġà ddikjara emerġenza klimatika fl-2015 b’liġi dwar azzjoni fuq il-klima. Il-problema hi l-karozzi waqt li fuq l-emissjonijiet tal-cruise, se jsir investiment ta’ €25 miljun biex il-cruise liners jużaw l-elettriku meta jkunu fil-port.

Il-Prim Ministru iġġustifika l-bini tal-power station il-ġdida li tista’ sservi għall-qalba lejn il-karozzi elettriċi. Il-gvern se jneħħi l-użu tas-single use plastic sa sentejn oħra.

Dwar it-toroq, il-Prim Ministru qal li f’sena l-Gvern se jonfoq daqs kemm nefaq gvern Nazzjonalista f’ħames snin għal nefqa ta’ €700 miljun. Hu qal li l-mina bejn Malta u Għawdex se ssir minn dan il-gvern.

Il-Prim Minstru qal li l-gvern qed jitkellem ma’ Renzo Piano biex it-Teatru Rjal jissaqqaf. Il-gvern xtara Villa Gwardamangia li għandha potenzjal storiku kbir. Il-gvern se jkompli jinvesti fl-infrstruttura sportiva