Lokali

Maratona ta’ 10 sigħat ta’ hairdressing għall-ALS

Il-kumpanija Salon Services Ltd se tkun qed torganizza maratona ta’ 10 sigħat ta’ hairdressing nhar is-27 ta’ Ottubru, b’risq l-ALS Malta.

Id-dħul kollu minn servizzi li jingħataw tul din il-maratona se jingħata lil ALS Malta sabiex tinbena Dar Bjorn ikbar.

George Bonello, direttur tal-kumpanija qal li Salon Services Ltd temmen bis-sħiħ li wieħed irid jagħti lura lis-soċjetà u huwa għalhekk li se jkunu qd jorganizzaw it-tieni edizzjoni ta’ din l-attività.

Il-maratona se ssir fil-uffiċji ewlenin ta’ Salon Services f’ ‘Somnium’, Triq it-Torri,, s-Swatar bejn l-10.00am u t-8.00pm, bi prodotti ta’ fama mondjali JOICO.

Biex din il-maratona setgħet tittella, il-kumpanija Salon Services talbet l-għajnuna ta’ hairdressers li jixtiequ jagħtu sehemhom biex jingħaqdu magħhom għal din l-attività u kienu ħafna dawk li offrew li jagħtu ħinhom għal din il-kawża.

Kull min se jmur jagħmel xagħru tul din l-attività nhar is-27 ta’ Ottubru se jkun qed jingħata servizz minn professjonisti u fl-istess ħin ikun qed jagħti daqqa t’id biex jinġabru fondi għal ALS Malta.