Internazzjonali

Norveġja: Il-pulizija f’Oslo jinvestigaw inċident b’ambulanza misruqa

Il-Pulizija f’Oslo qed iżommu raġel taħt arrest wara li ambulanza misruqa baqgħet dieħla ġo familja fil-kapitali, bi tlieta — fosthom żewġt itrabi tewmin– jispiċċaw iweġġgħu fl-inċident.

Ir-rapporti qalu li kienu sparati tiri minn ġewwa l-vettura waqt li kienet għaddejja mit-toroq ta’ Oslo. Ir-raġel li allegatament ‘seraq’ l-ambulanza jidher li spiċċa midrub wara li l-pulizija fetħu n-nar għal fuqu.

L-awtoritajiet għad iridu jistabbilixxu x’kien hemm wara l-inċident meta mhuma qed jeskludu l-ebda possibbiltà. Ir-rapporti qalu wkoll li l-pulizija f’Oslo qed tfittex għal tieni suspettat b’konnessjoni mas-serqa tal-ambulanza