Lokali Parlament

Qbil bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni fuq mozzjoni dwar l-Emerġenza fil-Klima

FILE PHOTO: Ocean water is pushed up by the bottom of a pinnacle iceberg as it falls back during a large calving event at the Helheim glacier near Tasiilaq, Greenland, June 22, 2018. REUTERS/Lucas Jackson/File Photo

Il-gvern jirrikonoxxi l-emerġenza għat-tibdil fil-klima

Il-Gvern u l-Oppożizzjoni qablu dwar mozzjoni komuni dwar l-emerġenza fil-klima. Din il-mozzjoni kienet tressqet mill-Oppożizzjoni fis-seduta ta’ nhar il-Ħamis li għadda fejn l-Oppożizzjoni kienet appellat lill-Gvern biex jirrikonoxxi u jaqbel li hawn emerġenza fil-klima u li hemm bżonn jittieħdu diversi inizjattivi.

Fis-seduta ta’ nhar il-Ħamis, il-gvern kien oppona l-pożizzjoni tal-Opożizjozni iżda l-Oppożizzjoni baqgħet tappella li kienet lesta tidħol f’diskussjonijiet mal-gvern biex ikun hemm qbil dwar din il-mozzjoni.

Il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni sabet ukoll l-appoġġ ta’ diversi għaqdiet mhux governattivi u taż-żgħażagħ u esprimew pożizzjoni favur il-proposti tal-Oppożizzjoni dwar l-emerġenza fil-klima.

Fost il-proposti li għamlet l-Oppożizzjoni pproponiet li jkun hemm kumitat parlamentari dwar l-emerġenza fil-klima u li jkun jitwaqqaf uffiċjal indipendenti li jiskrutinja l-operat tal-gvern dwar l-ambjent u l-klima u jassigura li l-miri stabbilti jintlaħqu.

Wara d-diskussjoni ta’ nhar il-Ħamis, il-Gvern u l-Oppożizzjoni qablu li l-mod jittieħed it-Tlieta 22 ta’ Otturbu wara d-diskors tal-Prim Ministru fuq il-budget.

Il-Whip tal-Gvern Byron Camilleri informa lill-Kamra fuq il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni u l-emenda l-Gvern. Il-qbil hu li se titressaq mozzjoni ġdida mill-gvern li se tkun parti mill-emendi tal-Gvern biex l-Oppożizzjoni tkun tista’ tivvota kontra. Il-Ministru tal-Ambjent se jressaq menda għll-mozzjoni tal-Oppożizzjoni u se ssir votazzjoni fuqha u l-gvern jirtira l-emenda li ressaq nhar il-Ħamis.

Il-Whip tal-Gvern Robert Cutajar ikkonferma l-ftehim.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li hu sodisfatt b’dan il-ftehim u rringrazzja lill-Gvern li laqa’ l-istedina tal-PN biex jinstab ftehim fuq mozzjoni. Hu rringazzja lill-KNZ li kienu fundamentali li kienu ħolmu u emmnu fil-mozzjoni u kienu strumentali wkoll biex tinstab il-ftehim. Hu rringrazzja wkoll lill-NGOs kollha li wrew l-appoġġ tagħhom.

Il-Whip tal-Gvern Byron Camilleri qara l-mozzjoni tal-Gvern li kienet sekondata mill-Prim Ministru. Il-mozzjoni tal-gvern, li kienet tiffoka fuq il-ħidma li wetatq il-gvern fl-ambjent, għaddiet b’35 vot favur u 29 vot kontra.

Il-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera irtira l-ewwel emenda li kien ressaq u ressaq emenda oħra dwar it-temperatura globali li qed tiżdied, in-nuqqas ta’ azzjonijiet internazzjonali, l-isforzi biex it-temperatura tonqos b’2 gradi, iż-żieda ta’ grad celsius fit-temperatura, l-effetti fuq diversi pajjiżi u gżejjer u li l-parlament qed jiddikjara emerġenza jew kriżi fil-klima.

Il-gvern se jibqa’ impenjat li jilqa’ u li jinbidel l-isem tal-Kumitat Parlamentari għall-Ambjent biex jinkludi l-emrġenza tal-klima, li tkun dikjarata data dwar l-importazzjoni ta’ vetturi li jniġġsu, li tkun organizzata konferenza nazzjonali dwar it-tibdil fil-klima, li jsiru iktar proġetti ta’ afforestazzjoni u spazji miftuħa, li jitfassal prorgamm biex il-gvern juża’ karozzi li ma jniġġsux, li t-trasport pubbliku ma jniġġisx, li fi żmien tliet xhur il-Minsitru għall-Ambjent iressaq rapport annwali dwar it-tibdil fil-klima, li l-gvern fl-2020 jitfassal programm biex jitnedew skemi għat-tibdil fil-klima.