Thiago Motta se jkun il-kowċ il-ġdid ta’ Genoa wara li l-eks midfielder laħaq ftehim mal-President Enrico Preziosi f’laqgħa li saret f’Milan. Jonqos biss li jkun iffirmat il-kuntratt u jitħabbar uffiċjalment bħala l-kowċ.
Motta rtira minn plejer fis-sajf tas-sena l-oħra wara sitt staġuni jilgħab ma’ PSG. Fil-karriera tiegħu lagħab fosthom ma’ Barcelona u Inter, iżda wkoll lagħab ma’ Genoa meta ngħaqad magħhom fis-sajf tal-2008. F’dak l-istaġun hu lagħab 27 logħba u skorja sitt gowls qabel ingħaqad ma’ Inter flimkien ma’ Diego Milito fl-istaġun ta’ wara.
L-ewwel esperjenza tiegħu bħala kowċ kienet fl-istaġun li għadda fit-tmexxija tat-tim ta’ taħt id-19-il sena ta’ PSG u bħalissa qed jagħmel il-kors biex jikseb il-liċenzja UEFA PRO li hi l-ogħla liċenzja. Hu se jieħu post Aurelio Andreazzoli, b’Genoa jinsabu fil-post ta’ qabel tal-aħħar b’ħames punti minn tmien logħbiet.
//= $special ?>