Futbol Sport

Titħabbar il-lista ta’ 30 plejer għar-rebħ tal-Ballun tad-Deheb

(Ritratt: EPA)

Ilbieraħ tħabbru t-tletin plejer finalist għar-rebbieħ ta’ din is-sena tal-Ballun tad-Deheb minn France Football. Is-soliti Lionel Messi u Cristiano Ronaldo jinsabu fost il-finalisti fejn jispikkaw it-total ta’ seba’ plejers taċ-Champions Ewropew Liverpool f’din il-lista. Dawn huma Virgil van Dijk, Sadio Mane, Roberto Firmino, Trent Alexander-Arnold, Georginio Wijnaldum, Alisson u Mohamed Salah

Mill-kampjonat Ingliż hemm ukoll tmien plejers oħra. Dawn huma Sergio Aguero, Raheem Sterling, Bernardo Silva, Riyad Mahrez u Kevin de Bruyne ta’ Manchester City, Hugo Lloris u Heung-Min Son ta’ Tottenham kif ukoll Pierre-Emerick Aubameyang ta’ Arsenal.

Mis-Serie A hemm il-plejers ta’ Juventus Ronaldo u Matthijs de Ligt li ngħaqad magħhom f’dan is-sajf kif ukoll Kalidou Koulibaly ta’ Napoli, Robert Lewandowski hu l-uniku plejer mill-Bundesliga u hemm seba’ plejers minn La Liga.  

Ir-rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb jitħabbar f’Pariġi fit-2 ta’ Diċembru. Luka Modric rebaħ l-unur għall-ewwel darba s-sena l-oħra biex temm is-seba’ snin dominanza minn Messi u Ronaldo. Il-midfielder Kroat ma jinsabx fil-lista ta’ 30 plejer.

Dan l-unur ilu jingħata mill-magazine France Football mill-1956 u bejn l-2010 u l-2015 ingħaqad mal-Plejer tas-Sena tal-FIFA. Iżda l-FIFA temmet ir-rabta mal-Ballun tad-Deheb biex ħolqu l-unur tal-Aqwa Plejer tal-FIFA.

Il-finalisti kollha

Virgil van Dijk

Bernardo Silva

Heung-min Son

Robert Lewandowski

Roberto Firmino

Cristiano Ronaldo

Alisson

Matthijs de Ligt

Karim Benzema

Georginio Wijnaldum

Kylian Mbappe

Trent Alexander-Arnold

Donny van de Beek

Pierre-Emerick Aubameyang

Marc-Andre ter Stegen

Sadio Mane

Sergio Agüero

Frenkie De Jong

Hugo Lloris

Dusan Tadic

Lionel Messi

Riyad Mahrez

Kevin De Bruyne

Kalidou Koulibaly

Antoine Griezmann

Mohamed Salah

Eden Hazard

Marquinhos

Raheem Sterling

João Félix