Il-logħba tant mistennija f’La Liga bejn Barcelona u Real Madrid se tintlagħab l-Erbgħa 18 ta’ Diċembru wara li l-Federazzjoni Spanjola kkonfermat dan. Il-logħba kellha tintlagħab fil-Camp Nou s-Sibt li għadda iżda ttieħdet id-deċiżjoni li l-logħba tkun posposta wara talba minn La Liga minħabba dak li ġie deskritt bħala ċirkostanzi straordinarji.
Il-Katalunja għaddejja minn problemi governattivi wara d-deċiżjoni tal-Qorti Suprema l-ġimgħa l-oħra biex diversi mexxejja jingħataw sentenza twila ta’ ħabs minħabba l-irwol f’referendum indipendenti mhux uffiċjali fl-2017. L-awtoritajiet tal-futbol fi Spanja kien anki qed iħarsu lejn il-possibbiltà li jdawru l-logħba u tintlagħab Madrid biex jevitaw it-tensjoni politika, iżda dan jidher li ma kienx aċċettat miż-żewġ klabbs.
//= $special ?>