Kunsilli Lokali Lokali

Eks Kunsillier tal-Lejber “kburi” li m’għadux fil-Kunsill

Eks Kunsillier Laburista fl-Isla, Chris Cocker, qal li hu kburi li ma jagħmilx parti mill-Kunsill Labuirsta li “l-maġġoranza tiegħu ġabu l-interessi tal-barranin qabel kull interess ieħor, speċjalment tas-Sengleani”.

Dan b’referenza għal mod kif il-Kunsilliera Laburista tal-Isla qablu unanimament, għal kuntrarju tal-Kunsillier Nazzjonalista, li l-ispazju ta’ parkeġġ għar-residenti tal-Isla u dawk kollha li jżuru z-zona jingħata lill-Università Ġordaniża tas-Sadeen Group. Huwa sejjaħ is-sitwazzjoni bħala waħda “tal-mistħija”.

Huwa qal li l-Kunsill Lokali suppost jirrapreżenta l-interessi tal-lokal u tar-residenti, u mhux ikun tal-barranin.

Intant, issoktaw kummenti tar-residenti li qablu mal-kumment ta’ Cocker fejn fost l-oħrajn qalu li pajjiżna qed jinbiegħ, u li llum l-unika ambizzjoni li għad fadal huwa l-interess personali.

Tags