Lokali Parlament

Gvern Laburista żarma dak kollu li bena Gvern Nazzjonalista quddiem il-problema tal-immigrazzjoni

– Carm Mifsud Bonnici, PN

Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici sostna fil-parlament li Gvern Laburista żarma dak kollu li benda Gvern nazzjonalista quddiem il-problema tal-immigrazzjoni

Carm Mifsud Bonnici qal li fl-immigrazzjoni hemm bżonn jittieħdu deċiżjonijiet li jridu jittieħdu għaliex kien hemm deċiżjoni li l-gvern Laburista jżarma dak kollu li wettaq Gvern Nazzjonalista f’dan is-settur. Hu kompla li l-Oppożizzjoni qed tagħti appoġġ lill-gvern u fakkar kif il-Prim Ministru issa ammetta li l-pożizzjonijiet li kien qed jieħdu mill-Oppożizzjoni fuq l-immigrazzjoni kienu żbaljati.

Id-deputat Nazzjonalista qal li hemm attakk għaddej min diversi pajjiżi u istituzzjonijiet li jekk mhux se jittieħdu passi dwarhom, Malta se jkollha effetti negattivi. Il-Ministeru tal-Intern mhux preżenti biex jispjega lill-pubbliku Malti u anki biex jitkellem f’fora barranin dwar is-sitwazzjoni veru tal-immigrazzjoni.

Carm Mifsud Bonnici semma’ r-rewwixta fiċ-Ċentru Miftuħ u qal li din kienet rewwxita gravi li tat xokk lill-pajjiż kollu. Mhux l-ewwel darba li seħħu dawn ir-rewwixti li dwarhom tkellmet l-Oppożizzjoni.

Hu qal li mhux magħruf xi djalogu qed isir ma’ dawn in-nies biex dawn ikunu jafu d-drittijiet tagħhom. Gvern Nazzjonalista kellu programm ta’ rikolazzjoni mal-Amerika u mar-Renju Unit. Din kienet iċ-ċavetta biex tnaqqas l-pressjoni fiċ-Ċentri. Fil-pajjiż hawn taħlita ta’ nies li ġew il-baħar li jammontaw għal madwar 2200.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern għandu jispjega x’ġara eżatt fir-rewwixta u kompla li għandha issir inkjesta pubblika. Hu kompla li ma jemminx li r-rewwixta nqalgħet minħabba persuna fis-sakra jew li kien hemm persuna ta’ 14-il sena li kien qed jagħti sehem attiv fir-rewwixta. Ix-xenarju fl-immigrazzjoni rregolari inbidlet għax il-gvern fl-Italja inbidel.

Ix-xenarju hu komplikat ukoll bil-mod kif l-NGOs qed isavaw lin-nies u jġibuhom hawn. Għandha ssir konferenza nazzjonali dwar l-immigrazzjoni nazzjonali. Hu qal li l-Prim Ministru issa rrikonoxxa li l-pushback ma tistax titwettaq. F’Malta hawn il-European Aysulm Office f’Malta li jimpjega 500 persuna u li jista’ jgħin b’mod qawwi.

Din hi sfida kontinwa li sakemm ikun l-istabbiltà fil-Libja u f’pajjiżi oħra Afrikani se jibqgħu kwantitjiet ta’ neis jaħarbu mil-Libja. Il-Gvern għandu jagħmel iktar fl-UE. Il-PL kien resaq lemin estrem taħt Joseph Muscat meta Alfred Sant kien żamm l-immigrazzjoni regolari ‘l barra mix-xenarju politiku. Mhux minnu li l-PN qed jersaq lejn il-lemin estrem għaliex dejjem żamm lealtà fl-interess nazzjonali. Dmir l-Oppożizzjoni hu li tkompli tippressa quddiem gvern li żarma dak kollu li kien bena Gvern Nazzjonlista. Illmu il-Gvern Laburista jrid jibda’ mill-ġdid, sostna Carm Mifsud Bonnici.