Lokali Parlament

Gvern u budget bla pjan fit-tul

  • Kristy Debono, PN

Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono kkritikat lill-Gvern għall-mod kif ressaq bugdet bla pjan fit-tul.

Fil-parlament d-deputat Nazzjonalista Kristy Debono rrifera għall-Economic Projections tal-Bank Centrali u qal li t-tkabbir tal-ekonomija kienet tajjeb iżda fl-2019 it-tkabbir se jonqos għal rata ta’ 5.3% u 4% fl-2020. Il-mutur ewlieni hu l-konsum tal-Gvern fejn il-Bank Ċentrali qed jgħid li t-tkabbir ekonomiku mhux ġej minn innovazzjoni iżda b’kontribut qawwi mill-bejgħ tal-passaporti.

Hemm imbassar inqas bejgħ fil-passaporti, sostniet Kristy Debono, li kompliet li l-viżjoni ekonomika għandha tkun waħda li, fil-klima pożittiva, kellha tkun iktar inċentivata mill-gvern biex il-kumpaniji lokali jkunu iktar orenatati lejn l-esportazzjoni. Il-gvern kellu jutilizza t-taxxi b’mod iktar effettiv.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li dan kien budget li falla milli jippreżenta l-pjan ekonomiku għall-10 snin li ġejjin. Il-viżjoni neċessarja u l-istrateġija tal-pajjiż għal ekonomija sostenibbli ma seħħitx.

Ħafna miżuri huma kontinwazzjoni ta’ dak li diġà tħabbar fil-budget iżda hu diffiċli li dawn se jagħmlu xi differenza konkreta l-aktar ta’ dawk li għandhom dħul baxx jew il-pensjonijiet. Dawn huma pocket money li huma konsistenti fil-budgets ta’ Gvern Laburista bla ma ssir qabża fil-kwalità. Kristy Debono kompliet li flok il-gvern ħabbar setturi ġodda, il-pajjiż se jkompli jiddependi fuq it-tkabbir tal-poplazzjoni u l-importazzjoni ta’ ħaddiema barranin. Dan il-budget kellu jibgħat messaħħ ċar dar l-allokazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji biex jagħmlu tajjeb għall-popolazzjoni.

Il-gvern għandu jippreżenta eżerċizzju dwar kemm il-pajjiż jiflaħ popolazzjoni fil-kuntest tal-impatt fuq l-ambjent, il-kwalità tal-ħaħħja u t-traffiku. Il-gvern għandu jassigura immigrazzjoni bi pjan u għandu jippreżenta mudell ta’ stratġeija ekonomika u demografika li ma tistrieħx fuq perjodu fil-qosor. Jeħtieġ viżjoni ekonomika fit-tul. Malta trid barranin li jaqsmu s-suċċess tal-pajjiż marbuta ma’ sistema bankarja serja u retta.

Kristy Debono qlaet li l-poplu għandu jkun konvint li l-ġid ekonomiku qed jitgawda minn kulħadd. Il-faqar finanzjarju ma jistax jibqa’ jiżdied; issa laħaq id-90,000 waqt li hawn 21,500 anzjan jgħixu fil-faqar.

Il-lista tal-housing soċjali ma tistax tibqa’ tiżided u taqbeż l-4000 persuna kif m’għandhomx jiżdiedu n-nies li jgħixu fil-garaxxijiet. M’għandux ikun tollerat li l-barranin jgħixu f’numri kbar fl-appartmaneti jew fl-istatel. Iż-żgħażgħ m’għandhomx isibuha impossibbli biex jixtru l-propjetà jew li l-pajjiż jibqa’ jkollu l-ogħla rata ta’ studenti li jitilqu kmieni mil-iskejjel. M’għandux jinħoloq faqar ġdid jew prekarjat ġdid.

Hi qalet li l-gvern abbanduna l-ambjent fejn Malta baqgħet lura fir-riċiklaġġ. Il-gvern kellu jispeċifika l-objettivi biex jintlaħqu l-miri tal-UE.

Kristy Debono tkellmet dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u staqsiet x’tip ta’ kundizzjonijiet qed jaħdmu fihom il-Maltin. Dan huma l-kundizzjonijiet kosmopolitani? staqsiet Kristy Debono, li kompliet li l-Oppożizzjoni qed tipproponi li ħaddiema mis-settur privat li jieħdu xogħlijiet mal-gvern għandu jkollhom l-istess kundizzjonijiet bħall-ħaddiema tal-Gvern. Kull kuntratt ta’ xogħol għandu wkoll jiggarantixxi l-kundizzjonijiet tajba għall-ħaddiema.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-pajjiż ma jistax jiggarantixxi sostenibbiltà ekonomika jekk iż-żgħażagħ ma jkunux imħarrġa fl-edukazzjoni. Ma jistax ikun li Malta tikseb l-agħar riżultati fl-UE fost l-istudenti li jiqbgħu javvanzaw fl-edukazzjoni u li jitilqu kmieni mill-iskejjel. Hu ta’ tħassib li hemm nuqqas ta’ għalliema.

Dwar il-manifattura, Kristy Debono qalet li fl-aħħar 60 sena dan is-settur ittrasforma minn produzzjoni tal-massa għall-mudell tal-lum, li hu mudell sofistikat b’valur miżjud. Dan is-settur iħaddem 24,000 f’iktar minn 3,400 kumpanija u jħaddem 15% tal-ħaddiema fil-pajjiż u 13% tas-settur privat waqt li jikkontribwixxi wkoll għal 10% tal-Prodott Gross Domestiku.

Dan hu pilastru maġġur tal-ekonomija tal-pajjiż. Dan hu settur li għadu b’saħħtu u importanti. L-akbar theddida f’dan is-settur hu propju r-reputazzjoni li dan is-settur għandu meta jingħad li dan is-settur jirrikjedi ħaddiema bla ħiliet. Bosta gradwati fl-IT u fl-inġinerija qed jagħżlu li jaħdmu fil-gaming u fl-IT.

Għalhekk hu ferm importanti li l-gvern joffri iktar sostenn lill-manifattura b’kampanji ta’ kwalità. Is-settur tilef numru ta’ tax credits importanti u għalhekk il-gvern għandu jinvesti b’policies b’inċentivi għal dan is-settur b’mod partikolari fil-kumpnaiji li jesportaw.

Kristy Debono semmiet l-innovazzjoni tal-industrija high tech li għandha ssir b’investiment qawwi. L-Oppożizzjoni temmen f’ekonomija li tagħti futur fit-tul, sostniet Kristy Debono.