– Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal fil-parlament li d-drittijiet tal-Maltin għandhom ikunu salvagwardjati bi Brexit.
Dan l-appell il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia għamlu meta tkellem wara stqarrija ministerjali tal-Prim Ministru Joseph Muscat dwar Brexit.
Il-Prim Ministru tkellem dwar l-arranġament tat-tluq, il-perjodu ta’ transazzjoni, il-protokoll dwar l-Irlanda, it-taxxa tal-VAT fl-Irlanda u l-kontrolli tad-dwana. Hu tratta r-rwol tal-Assemblea Nazzjonali tal-Irlanda ta’ Fuq, il-perjodu ta’ transizzjoni, il-vot fil-parlament Ingliż, it-talba għall-estenzjoni sal-31 ta’ Ottubru 2019, il-pożizzjoni tal-Prim Ministru Johnson, il-possibbiltà ta’ tluq bla ftehim u l-proċess tat-tkabbir tal-UE dwar il-Maċedonja u l-Albanija. Hu qal l-pożizzjoni negattiva fil-konfront tal-Maċedonja u l-Albanija kienet daqqa ta’ ħarta għall-kredibbiltà tal-UE.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li l-PN japppoġġja dan il-ftehim kif apoġġja lil ta’ qablu. Hu qal li l-PN jirrispetta d-deċiżjoni tal-Brittaniċi u d-deċiżjonijiet tal-parlament u żied li d-drittijiet Maltin u dawk Brittaniċi f’Malta għandhom ikunu salvagwardjati flimkien ma’ dawk tan-negozjanti. Għandha tingħata estenzjoni oħra għal Brexit biex ir-Renju Unit ma joħroġx bla ftehim, sostna l-Kap tal-PN.
Adrian Delia qal li l-aħħar tliet snin kienu iebsa għall-Maltin li jgħixu fir-Renju Unit u għan-negozji li joepraw f’dan il-kuntest u għalhekk hu neċessarju li din is-sitwazzjoni tingħalaq għaliex qed iġġib inċertezza u instabbiltà.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li n-negozjati mal-Albanija u l-Maċedonja għandhom jidbew għaliex dawn huma pajjiżi ppreparati għall-bidu tan-negozjati għalkemm mhux jingħad li dawn se jissieħbu fl-UE b’mod immedjat.
Dwar it-Turkija Adrian Delia qal li jaqbel mal-kundanna tal-UE bla riżerva. L-operazzjoni militari tat-Turkija, li hi pajjiż tn-NATO, mhix aċċettabbli.
Hu qal li l-Oppożizzjoni lesta taħdem mal-gvern biex il-klima li qed titwettaq dwar Brexit tasal għand in-nies involuti u effettwati biex l-interessi tal-Maltin ikunu salvagwardjati.
Id-deputat Nazzjonalista Herman Schiavone staqsa x’inhi l-pożizzjoni ta’ Malta dwar it-talba tar-Renju Unit għall-estenzjoni, għaliex fil-medja Ingliża qed jingħad li l-Ungerija jew Franza jistgħu japplikaw il-veto biex ma jkunx hemm estenzjoni, f’każ ta’ nod deal Malta hix kompletament ippreparata u li fil-medja Ingliża hemm statistika ta’ negozji li minħabba Brexit qed jitilqu mir-Renju u jekk il-gvern Malti hux qed jikkunsidra li Malta tieħu l-benefiċċji minn dan. Hu staqsa wkoll dwar il-pazjenti Maltin li jmorru għall-kura fir-Renju Unit.
Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici staqsa dwar l-azzjonijiet militari tat-Turkija fis-Sirja. Dwar l-Albanija u l-Maċedonja hu staqsa x’passi qed tieħu Malta biex dan il-proċess isir.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-ftehim li kien milħuq bejn ir-Renju Unit u l-UE wera rieda tajba u flessibbiltà miż-żewġ naħat għaliex it-tnejn ċedew biċċa li qabel ma riedu jiċċaqilqu dwarhom.
Ir-Renju Unit ċeda l-parti dwar il-fruntiera tal-Irlanda waqt li l-UE ċediet il-back-stop dwar l-Iralnda ta’ Fuq. Ma nistax nara sitwazzjoni fejn ir-Renju Unit jew l-UE iċedu affarijiet oħra u għalhekk dan hu ftehim finali, sostna l-Prim Ministru, li kompla li fir-Renju Unit m’hemm maġġoranza ċara dwar xejn.
Joseph Muscat kompla li l-Prim Ministru Johnson issa tefa’ l-ballun f’saqajn l-UE li għandha tliet toroq issa li huma li tgħid li ma tagħtix estenzjoni u li jkun estenzjoni qasira ta’ ftit jiem jew ġimgħat anki sa nofs Novembru jew sal-aħħar ta’ Jannar 2020 u
Malta hi ppreparata għal no deal bl-aktar mod li Malta tista’ tkun ppreparata u jinsab sodisfatt ħafna b’dak li qed iseħħ fid-dipartimenti kollha fejn anki se ssir simulazzjoni ta’ kif taħdem is-sistwazzjoni f’każ ta’ no deal, qal il-Prim Ministru, li kkompara din is-sitwazzjoni tal-bug tal-millenju meta fil-fatt ma seħħ xejn minn dak previst. F’dan il-mument politiku t’issa jidher li mhux se jkun hemm rifjut għal estenzjoni.
Il-pożizzjoni tal-gvern Malti hi li estenzjoni għandha tingħata b’rabta ma’ skop u jekk ikun hemm elezzjoni fir-Renju Unit. Hemm ukoll il-kwistjoni li l-Prim Ministru tal-Ingilterra ma jistax isejjaħ elezzjoni ġenerali minħabba li l-proposta tal-Prim Ministru trid tikseb l-approvazzjoni tal-parlament. Jeħtieġ ftehim politiku u informali għal estenzjoni fit-tul wara li jkun hemm soluzzjoni fil-parlament Ingliż.
Il-Prim Ministru qal li ġej investiment mir-Rejnu Unit u sostna li l-prokotokolli dwar il-pazjenti se jibqgħu għaddejjin.
Dwar l-Albanija u l-Maġedonja ta’ Fuq hu qal li jinsab diżappuntat bl-pożizzjoni meħuda millUE għaliex din tagħti daqqa ta’ ħarta għall-kredibbiltà tal-UE. Il-Balkani hu wieħed mill-ftit reġjuni fid-dinja fejn l-UE għandha iktar preżenza u l-pajjiżi jħarsu lejn l-UE bħala l-ewwel punt ta’ riferenza.
Dawn il-pajjiżi mhux lesti biex jidħlu issa fl-UE għax il-proposta kienet biex jidbew id-diskussjonijiet. Il-proċess għandu jkun riformat fosthom li l-Kapitlu dwar id-Drittijiet Fundamentali jkunu mwettqa qabel jibdew in-negozjati. Hemm ukoll il-possibbiltà li jerġgħu jinfetħu kapitli li jkunu magħluqin minħabba ċertu ċirkostnzi.
Il-Prim Ministru kompla li ma kienx jagħmel sens li lil dawn iż-żewġ pajjiżi titneħħielhom l-aspirazzjoni Ewropa. Il-Maċedonja ta’ Fuq hi pajjiż li ngħatat l-impressjoni li jekk issolvi l-problema storika mal-Greċja, l-UE tibda n-negozjati. Il-Maċedonja ta’ Fuq bidlet anki isimha u anki intilfu l-elezzjonijiet beix jidbew dawn n-negozjati.
Hu tkellem favur is-separazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-Maċedonja minn dik tal-Albanija. Nittama li f’Mejju tittieħed deċiżjoni mod ieħor, sostna l-Prim Ministru, li kompla li Malta kienet voċifera ħafna għaliex ma jistax ikun li l-UE jagħti impressjoni lil pajjiż ċkejken ta’ żewġ miljuni biex ibiddlu isimhom imbagħad isir dak li sar.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela tkellem dwar it-Turkija u dwar dak li seħħ mal-fruntiera ms-Sirja fejn saħaq fuq l-aspett umanitarju u d-definizzjoni ta’ jekk hemmx l-involviment ta’ grupi terroristiċi. Il-pożizzjoni ta’ Malta taqbel mal-pożizzjoni tal-UE, sostna l-Ministru Abela.
//= $special ?>