Il-kowċ tal-futbol u ġurnalist sportiv Alfred Attard ħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva wara li kien involut f’inċident serju tat-traffiku.
Hu kien passiġġier f’vettura tat-tip Smart Fortwo, misjuqa minn żagħżugħ ta’ 26 sena, meta seħħ impatt ma’ vettura oħra fi Triq Dun Karm kantuniera ma’ Triq Tumas Fenech f’Birkirkara.
Waqt li ż-żewġ sewwieqa ħelsuha ħafif, Alfred Attard sofra ġrieħi serji u f’xi mumenti kien ukoll fil-periklu tal-mewt.
Madankollu, u fortunatament, il-kundizzjoni tiegħu qalbet għall-aħjar, bi qraba u ħbieb tiegħu li fuq il-midja soċjali jappellaw għal iktar talb minħabba li Attard għadu muġugħ.
//= $special ?>