Lokali Parlament

Il-gvern responsabbli għat-tkissir tar-reputazzjoni tal-pajjiż

  • Mario de Marco, PN

Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco qal li l-gvern hu responsabbli għat-tkissir tar-reputazzjoni tal-pajjiż partikolarment fis-settur tas-servizzi finanzjari b’konsegwenzi negattivi fuq l-ekonomija tal-pajjiż.

Fil-parlament qal li l-ekonomija kompliet tikber b’rata ikbr mill-edmja tal-UE, kif kien jiġri qbael l-2013. Hu sostna li l-popolazzjoni kibret bl-ikbar tkabbir fl-UE li mhux b’mod naturali iżda b’kemm ġejjin barranin jgħixu fil-pajjiż. Id-deputat Nazzjonalista qal li fil-meritokrazija, kontabbiltà u tmexxija ġusta l-pajjiż mhux jikber kif qed jiġri fir-reputazzjoni tal-pajjiż.

Mario de Marco kompla li dan hu gvern ma jsolvix l-ugwaljanzi tal-passat u ħoloq inugwaljanzi ġodda f’setturi ta-ssoċjetà. Minkejja l-isforzi li saru f’dan il-budget, faxxa dejjem tikeb qed taqa’ dejjem lura.

Il-gvern iddejjqu ħafna b’żewġ punti li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fil-kritika għall-budget. L-ewwel punt hu r-rabta bejn it-tkabbir ekonomiku u l-poolazzoni u l-faqar.

Dwar it-tkabbir tal-popolazzjoni u t-tkabbir ekonomiku, Mario de Marco qal li 28% tal-ħaddiema huma barranin. Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali qal li hu kien issuġġerioxxa li tikber il-popolazzjoni biex tikber l-ekonomija iżda dan irid isir bi ħsieb u pjan.Din hi l-kritika tal-Oppożizzjoni u dan hu l-gwaj li qed jiffaċċja l-pajjiż.

Il-gvern l-ewwel żied il-popolazzjoni u wara qed jipprova jsolvieha. Dan wassal għal żieda staordinarja ta’ 25% fil-prezzijiet tal-propjetà waqt li l-pagi żdiedu b’1.1%. Il-gvern qed jippjana li jżid il-popolazzjoni b’10,000 persuna oħra. Il-PN mhux xenofobiku għaliex l-argumenti huma bbażati fuq in-numru u mhux in-nazzjonalità tal-barranin.

Mario de Marco qal li skont rapport tal-Bank Ċentrali, il-ħaddiema minn barra l-UE huma inqas kwalifikati u l-inqas imħarrġa. Hu kompla li dawn l-effetti issa kibru li qed jiżbqu t-tkabbir ekonomiku Dwar il-faqar Mario de Marco qal li l-Prim Ministru pprova ajgħti l-impressjoni li dan mhux jiżdied meta fil-fatt li dawn qed jiżiedu.

Fl-2017 kien hemm 78,000 persuna fil-faqar li issa telgħu għal 90,000. L-anzjani fil-faqar telgħu minn 14,000 għal 22,000. L-influss tal-barranin qed iwasal għal żieda fil-prezzijiet u qed jagħmlu pressjoni biex il-pagi jibqgħu baxxi. Din il-pressjoni qed issir anki fuq il-pensjonanti. Mario de Marcio kompla li fil-finanzi tal-gvern kien hemm spiża rikorrenti ta’ €2.4 biljuni fl-2012 li issa in telgħet għal €4.2 biljun ewro.

Din in-nefqa qed tiżdied b’rata iktar mgħaġġla mill-passat u qed jonfoq €5 miljuni iżjed kuljum biex jopera. Hu staqsa jekk il-poplu hux qed ikun servut aħjar minn dan il-gvern.

Id-deputat Nazzjonalista staqsa kemm hi sostenibbli din in-nefqa. Mario de Marco tkellem dwar id-dħul tal-gvern u qal li d-dħul tal-gvern illum ma jistax ikun paragunat ma’ dak tal-lum minħabba l-bejgħ tal-passaport u l-popolazzjoni.

Irid ikun ikkunsidrat li l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti mhux se tiqa’ u għalhekk il-gvern ma jistax jibqa’ jibbaża fuqha. Dwar id-dħul li ġej minn popolazzjoni, il-pajjiż għandu limitazzjonijiet anki minħabba lejn ir-riżorsi.

Malta qorbot lejn il-limitu ta’ kemm tiflaħ iżżid il-popolazzjoni. Malta qed tattira iktar ħaddiema bla snajja u għalhekk il-kontribut tagħhom lejn l-ekonomija tal-pajjiż qed kun inqas.

Mario de Marco tkellem dwar it-tassazzjoni u qal li malta tilfet il-rkedibibltà li titkellem dwar it-taxxi minħabba li l-gvenr ma ħax l-passi li kellu jieħu wara l-iskandlu tal-Panama biex jiddefendi l-interessi taż-żewġ persuni viċin il-Prim Ministru.

Il-gvern qed idaħħal €672 miljun mill-bejgħ tal-passaporti li qed twassal għas-surplus. Din l-iskema qed tagħmel ħsara kbira lir-reputazzjoni tal-pajjiż fejn persuni li xtraw il-passaporti huma involuti f’attivitajiet kriminali internazzjonali.

Dwar l-ispiża kapitali, Mario de Marco qal li kien Gvern Nazzjonalista li kiseb €1.2 biljun mll-UE. Hu sostna li fl-ewewl snin il-gvern kellu ritmu kajman u għalhekk il-gvern għandu jagħti rendikont dwar din n-nefqa. Il-gvern għandu jispjega wkoll kemm qed jipproġetta li se jikseb fondi mill-UE; jekk se jinkisbu fondi. Jekk dan a jisrx allura jridu jkunu t-taxxi li jagmlu tajjeb.

Minħabba n-nefqa rikorrenti, il-gvern m’għandux flus x’jonfoq fin-nefqa kapitali. Fil-budget m’hemmx pjan ġenerali dwar id-direzzjoni tal-futur.

Mario de Marco qal li ż-żieda ta’ 10,000 ħaddiem li se jinġiebu fl-2020 se jikkontribwixxu għal pressjoni ‘l isfel fuq il-pagi u se jeffettwaw diversi setturi tal-ekonomija u tal-ambjent. Hu qal li ż-żieda li qed jagħti l-gvern fil-pensjoni mhix adegwata meta fil-pajjiż hawn 18,000 li jgħixu ‘€500 kull erba’ ġimgħa. Nofs din iż-żieda hi kumpens għall-għoli tal-ħajja. Huma l-anzjani li m’għandhomx biex isaħħnu darhom u li ma jistgħux ilħħqu mal-ħajja li jaqbadhom il-bard.

Id-deputat nazjzonalista semma’ l-kuntratt tal-VITALS u kkwota lil Paul Pace mill-MUMN li qal li Stewards fallew bil-kbir milli jmexxu t-tliet sptarijiet. Dan hu kuntratt li jixorbu €50 miljun fis-sena. Hu qal li l-Ministru tal-Finanzi ma oġġezzjonax għal dawn il-kuntratti.

Mario de Marco qal li l-kriżi fis-servizzi finanzjari hi l-ikbar kriżi li ħoloq il-gvern. Dan is-settur iħaddem 12,000 persuna. Din kienet sena li naffret it-tajjeb li sar tul is-snin fejn l-HSBC se jnaqqas il-preżenza fil-pajjiż waqt li l-BOV għaddej minn kriżi għall-oħra speċjalment fis-settur aministrattiv.

Il-BOVV safa downgraded minn Standard & Poors minħabba kontroll intern waqt li l-pajjiż kien iffaċċjat bl-iskandlu tas-Sata Bank.

Hu semma’ l-isfdi li qed jiffaċċja l-BOV id-deċiżjoni negattiva tad-Deutche Bank u r-rapport negattiv tal-Moneyal. Dan kien rapport li ħammar wiċċ Malta u wiċċ il-Ministru tal-Finanzi u li wara li Malta mhix preparat biex tikkumbatti l-ħasil tal-flus bl-awtoritajiet Maltin ftit juru rieda li jikkontrollaw minkejja li l-pajjiż għandu l-liġijiet neċessarji.

Mario de Marco qal li dan kollu qed ixekkel il-ħidma ta’ Malta fil-blockchain għaliex l-ebda bank ma jrid imiss ma’ dawn l-operaturi. Hnw problema biex jinfetħu kontijiet.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Oppożizzjoni qed tkun kawta għax tirrispetta lill-ħaddiema f’dan is-settur. Il-gvern qed iħalli kollox għaddej fejn Malta saret bejta ta’ kriminalità finanzjarja.

Minkejja dan kollu, nemmen li l-Ministru tal-Finanzi hu onest u ta’ integrità iżda hu responsabbli li quddiem dan kollu jibqa’ jdawwar wiċċu n-naħa l-oħra, sostna Maro de Marco li appella għar-responsabbiltà kollettiva biex din il-ħsara tieqaf u r-reputazzjoni ta’ Malta terġa’ tittella’ fejn kienet.

Mario de Marco qal li matul il-leġiżlatura l-PN jagħti l-proposti tiegħu u appella biex il-parlament jagħti iktar riżorsi u għajnuna lid-deputati biex ilaħħaq mal-ħidma politika tagħhom. Il-gvern dgħajjef id-demokrazija u l-istituzzjonijiet, sostna Mario de Marco, li kompla li fil-pajjiż għandha tikber is-saltna tad-dritt u r-reputazzjoni tal-pajjiż.