Lokali Mużika

Imut il-kantant Alfred Rapa

Fl-aħħar sigħat tħabbret il-mewt tal-kantant minn Għajnsielem Alfred Rapa, magħruf l-aktar għall-kanzunetta Ċensu l-Malti u Katarin li biha ħa sehem fil-Konkors Kanzunetta Maltija 1996.

Kienet il-familja Rapa, li ħabret il-mewt hekk kif qalet ukoll li l-kantant miet wara li tilef il-battalja mal-marda tal-kanċer.

Fl-aħħar snin Alfred Rapa kien qiegħed l-Istati Uniti, fit-Tramuntana ta’ Kalifornja hu kien jaħdem bħala kuntrattur, huwa kien iħobb mhux biss il-mużika, tan-negozju, iżda l-aktar kien iħobb ħafna l-familja.

L-aħħar album ta’ Rapa kien iġib l-isem ta’ ‘Ward Aħmar’ jinkludi fih 14-il kanzunetta. Il-parti kbira tal-kanzunetti tiegħu kienu miktuba minnu.