Lokali Parlament

In-nies vulnerabbli se jibqgħu jiffaċċjaw l-istess sfidi wara l-budget

  • Kristy Debono, PN

Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono sostniet li n-nies vulnerabbli se jibqgħu jiffaċjaw l-istess sfidi wara dan il-budget.

Fil-parlament Kristy Debono qalet li hemm triq alternattiva għal dan il-pajjiż. L-istrateġija tal-PN hi li tiggarantixxi ekonomija bilanċjata li minnha jgawdi kulħadd. Il-PN għamel iktar minn 100 proposta fid-dokument ta’ qabel il-budget wara konsultazzjoni f’kull settur.

Dawn huma proposti li jinkludu politika kredibbli fejn l-ekonomija tkun għan-nies u titgawda minn kulħadd biex tkun ekonomija ta’ suċċess; is-suċċess ta’ kull ċittadin.

Kristy Debono qalet li skont il-Bak Ċentrali l-ekonomija qed tkompli tikber iżda b’mod iktar kajman. Dan hu budget ta’ deficit fl-aktar nies vulnerabbli, fl-edukazzjoni u fl-ambjent. Din hi għalhekk opportunità mitlufa għaliex il-gvern seta’ kien iktar kuraġġjuż u ġeneruż b’budget b’direzzjoni u bi strateġija. Dan hu budget li ma jsolvi l-ebda problema.

Kristy Deono qalet li l-pensjonanti li kienu qed jiffaċċjaw l-isfidi se jibqgħu jiffaċċjaw l-istess sfidi. L-istess għal dawk li kienu qed jikru jew iridu jixtru propjetà jew il-persuni b’diżabbiltà li jridu iktar appoġġjaw. Hi kompliet li dawk b’inqas flus fil-but qed jffaċċjaw l-istess sfidi li kellhom qabel il-budget.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-imsieħba soċjali stennew ferm aħjar; kif kien qed jistenna l-poplu Malti li kien diżappuntat. Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li kienet qed tistenna iktar investiment f’riżorsi u li jkunu indirizzati n-nuqqasijiet fil-kompetittvità waqt li l-MHRA qalet li kienet qed tistenna iktar fit-turiżmu.

L-MHRA ukoll qalet li hemm bżonn strateġija għal sostenibbiltà għal dan is-settur kruċjali u li l-budget jindirizza l-limitazzjonijiet li qed jiffaċċja s-settur turistiku fir-riżorsi umani. Il-Forum ukoll qal li l-budget mhux joħloq opportunijiet ġodda u li mhux jindirizza l-isfidi ta’ nuqqasijiet fl-edukaturi u s-social workers.

Kristy Debono qalet li l-budget ma ffukax fuq iż-żgħażagħ u l-edukazzjoni ħalla defict tant l-MUT qalet li dan hu bugdet xott għall-edukazzjoni u xott fil-kurrikulum waqt li hu xħiħ f-investiment u fl-infrastruttura.

Diversi proġetti ilhom jitħabbru s-snin. Il-UĦM spjegat li dan il-budget ma jirriflettix kif iż-żieda ta’ €3.49 se tkopri għaż-żidied li l-poplu qed jiffaċċja tul is-sena.

Din żgur mhix biżżejjed. Minkejja li l-ekonomija hi b’saħħitha l-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri li jridu jsiru sidien ta’ djarhom qed jiffaċċjaw problemi kbar. Tħassib ieħor hu l-mod il-gvern iddeċieda li jinjora l-problema fis-sostenbbiltà tal-pensjonijiet.

Dwar il-pagi Kristy Debono qalet li minkejja li l-intrapriżi qed iżidu l-profitti, il-pagi mux jiżdiedu bl-istess ritmu. Id-differenza bejn is-salarji u l-profitti kompliet tiwessa’. Din ix-xejra ilha tippersisti mill-2014.

Kristy Debono kompliet li bejn l-2017 u l-1028 il-pagi fl-Ewropa żdiedu b’2.7% waqt li Malta kienet il-pajjiż fejn irreġistrat l-inqas tkabbr b’rata ta’ 1.1%. Malta hi fost l-inqas pajjiżi b’din ir-rata fl-Ewropa. Il-ħaddiema huma il-vittma ts-suċċess ekonomiku tal-pajjiż.

Id-deputat Nazzjonalista qal li dan hu budget riċiklaġġ, għajjien u niexef mill-ideat.