Lokali Parlament

Korrispondenza dwar il-bejgħ tal-passaporti tinżamm mistura

Kwalunkwe korrispondenza bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat, u l-Ministru Julia Farrugia Portelli, u l-aġent tal-passaporti se jibqgħu fid-dlam sakemm tiġi fi tmiemha l-konklużjoni tal-investigazzjoni.

L-informazzjoni ġiet żvelata fil-parlament wara li l-Membru Parlamentari Nazzjonalista Karol Aquilina talab il-korrispondenza kollha bejn it-tlieta msemmija, kemm jekk kinitx email, messaġġ bħala sms jew telefonata.

Filwaqt li Joseph Muscat innota li tali korrispondenza teżisti, huwa ma aċċettax li jressaq l-informazzjoni fil-parlament sakemm qiegħda ssir l-investigazzjoni attwali.

Fil-filmat ir-rappreżentanti tal-Avukati ta’ Chetcuti Cauchi dehru jiftaħru dwar il-konnessjonijiet ministerjali tagħhom, jiġifieri ma’ Joseph Muscat, Owen Bonnici u Julia Farrugia Portelli, u kif l-awtoritajiet “jagħlqu għajnejhom” għax-xerrejja li għandhom rekord kriminali.