- Beppe Fenech Adami, PN
Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal fil-parlament l-Prim Ministru Joseph Muscat daħal kultura ta’ impunità fil-pajjiż.
Fil-parlament Beppe Fenech Adami irringrazzja lill-FAM iżda kkritika l-fatt li qed jiddaħħlu persuni li m’għandhomx il-kriterji neċessarji. Dan seħħ meta żewġ suldati allgatament qatlu persuna sewda f’Ħal Far sempliċiment għax dan kien iswed. Hu qal li dawn il-persuni kienu ddaħħlu fl-FAM qabel l-elezzjoni u ma kellhomx l-kwalifiċi meħtieġa.
Beppe Fenech Adami qal li l-gvern ma refax ir-responabbiltà ta’ din is-sitwazzjoni. Hu kompla li fl-FAM llum hi mmexxija minn ftit nies magħżula mill-Prim Ministru fejn tal-qalba qed jingħataw il-promozzjonijiet; mill-Kap Kmandant ‘l lisfel. Fil-FAM qed iseħħu inġustizzji fil-promozzjonijiet biex illum hawn FAM miżgħuda b’inġustizzji.
Dan qed jgħidu l-Ombudsman li fir-rapport ta’ ftit xhur inkixef il-mod kif ingħataw l-promozzjonijiet lil tal-qalba u kfi saru l-interviews fittizzji u poċessi taparsi biex ikunu magħżula persuni minn qabel. Dan kien proċess maħdum bizzilla biex jinkiseb riżultat li jkun diġà maqbul minn qabel.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li fil-panel tal-proċess tpoġġa rappreżentant minn One TV u persuna mill-Customer Care Office tal-Ministeru tal-Intern. L-Ombudsman qal li l-proċess kien wieħed li kellu indħil minn barra.
Beppe Fenech Adami qal li l-proċess sar ta’ taħt fuq fejn il-proċess sar b’mod mhux professjonali u kien biss xena biex ikunu aġevolati dawk magħżula. Dan qed jgħidu l-Ombudsman li qal li l-proċess kollu kien ivvizzjat. Dan hu ċ-ċertifikat tal-Gvern, sostna Beppe Fenech Adami, li kompla li l-PN jwiegħed li dawn l-inġustizzji jissewwew biex fl-Armata taħdem id-demokrazija. Il-prinċipju li għandu jkun attwat għandu jkun dak ta’ kemm taħdem mhux lil min taf!
Beppe Fenech Adami qal li l-PN hu mpenjat li jtejjeb il-kundizzjonijiet u jinvesti fl-aqwa tgħamir waqt li jinvesti fil-kapaċitajiet tas-suldati. Jeħtieġ li jssewwew l-inġustizzji il-FAM jiddaħħli iktar nisa u li iktar nies jingħaqdu fil-FAM.
Dwar il-ħabsijiet, Fenech Adami qal li l-gwardjani m’humiex mgħammra biżżejjed u li m’għandhomx ir-riżorsi meħtieġa biex jaħdmu waqt li jkollhom preessjonijiet kbar u perikli fix-xogħol tagħhom. Jeħtieġ li l-inġustizzja li wħud minnhom sofrew ikuu rimedjati.
Is-sitwazzjoni fil-ħabs mhix ward u żgħar kif jgħid il-gvern għaliex minkejja l-wegħdi ta’ pjan, ir-riżultati mhux qed jinkisbu. Il-ħabs għadu għandu fih ħafna iktar nies milli jiflaħ fejn perċentwal kbir tal-priġunieri missew mad-droga.
Il-biża’ hi li dawn il-persuni mhux qed ifiequ u m’hemmx tama li dawn ifiequ. Il-PN jemmen fil-prinċipji li l-ħabs jibda post ta’ deterrent u li jkun ukoll il-post tar-riforma. Fil-ħabs mietu żewġ persuni fl-aħjar żmien ta’ ħajjithom u li mill-ħabs kien qed isiru telefonati minn El Chapo li jinforma li l-pulizija kienu warajh.
Beppe Fenech Adami kritika l-kunċett tal-piena kollettiv u mhux aċċettabbli għaliex dan hu diżuman. Hu qal li l-politika tal-iżolament twassal għas-suwiċidju u tikkaġuna ħsarat lill-persuni. Id-deputat Nazzjonalista qal li d-dinjità tal-bniedem m’għandha tkun mhedda qatt.
Meta tkellem dwar il-protezzjoni ċivili, Beppe Fenech Adami qal li dan id-dipartiment ħadem b’mod impekkabbli quddiem sitwazjzonijiet diffiċli. Hu semma’ l-isfidi li dan id-dipartment quddiem il-perikli ta’ binijiet li kkrollaw. Jeħtieġ li aktar nisa jidħlu jaħdmu f’dan id-dipartiment. Baqa’ ħafna x’isir f’dan is-settur sosnta Beppe Fenech Adami fosthom dwar il-moderizzar meħtieġ l-protezzjoni mit-terremoti.
Dwar il-Korp tal-Pulizija, Fenech Adami enfażizza l-importanza ta’ pjan u viżjoni biex il-korp ikun strutturat u mgħammar biex jilqa’ għall-bidliet fis-soċjetà. Il-Korp għandu jwieġeb għar-realtà ta’ kriminalità li qed tevolvi u għandu jkun speċjalizzat. Dan isir b’investiment dirett fil-kapaċitajiet tal-ħaddiema. Il-pulizija għandhom ikunu protetti biex l-aqwa nies jibqgħu fil-Korp u mhux jitilqu.
Il-Korp irid ikun proattiv u organizzat, sostna Beppe Fenech Adami, li kompla li l-għases għandhom ikunu miftuħin f’kull ħin. Għandu jissaħħaħ il-kunċett ta’ pulizija tal-komunità u jkunu modernizzati l-għases kollha. Il-Korp għandu jabraċċa l-bidliet fit-teknoloġija biex ikompli jiġġieled il-kriminalità. Jeħtieġ li fil-Korp ikun hemm iktar pulizija nisa.
Hu semma’ l-vjolenza domestika u qal li hu reat gravi fil-pajjiż u għalhekk għandha tissaħħaħ il-leġiżlazzjoni biex din il-prolema tkun miġġielda. Problema oħra hi r-realtà tar-razziżmu fosthom bi kliem ta’ mibgħeda. Din ir-realtà għandha tittieħed b’aktar impenn biex din titwaqqaf.
Is-serq mid-dajr għadu allarmanti fejn l-anzjani huma mbeżża’ fi djarhom. Il-PN jibqa’ kommess li jiġġieled il-ġlieda kontra d-droga għaliex Malta llum saret iċ-ċentru ta’ traffikar ta’ droga waqt li hawn problema fost iż-żgħażagħ ta’ abbuż għad-droga.
Beppe Fenech Adami semma’ r-riformi li wettaq Gvern Nazzjonalista fil-Korp tal-Pulizija u qal li kull meta kienf il-Gvern il-PN dejjem tejjeb il-kundizzjonijiet tal-pulizija.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-akbar theddida għad-demokrazija hu s-sens ta’ impunità li ħakmet lill-pulizija; liema atmosfera inħolqot mill-Gvern. Hawn kriminali li jafu li jistgħu jwettqu l-kriminalità u ma jinqabdux. Daqshekk għall-kultura tal-impunità, sostna Beppe Fenech Adami, li qal li l-pulizija għnhda tinvestiga lill-korrotti li fetħu l-kumpaniji fil-Panama kf għamlu Konrad Mizzi u Keith Schembri.
Il-kuntratti tal-power station għandhom ikunu investigati flimken mal-kumpanija 17 Black; kif għandhom isiru l-investigazzjonijiet dwar kif għaddew il-miljuni lejn din il-kumpanija u kif Keith Schembri u Konrad Mizi kienu se jieħdu €5,000 kuljum.
Investigazzjoni oħra trid issir dwar il-bejgħ tal-isptarijiet u l-kumpanija VITALS. Għandha tintemm l-impunità fil-bejgħ tal-passaporti u jsiru l-investigazzjonijiet fuq ir-reati tal-kontijiet fil-Pilatus Bank, fuq in-nies viċin il-gvern li rċevew il-flus fil-kontijiet mill-Ażerbajġan u fuq iċ-Chairman tal-Bank Pilatus li ħarab mill-pajjiż. Dan ir-raġel illum hu mgħasses fl-Istati Uniti tal-Amerika iżda f’Malta tħalla jaħrab għax kien hemm il-biża’ li jikxef.
Malta m’għandhiex tibqa’ fl-aħbarijiet għall-affarijiet ħżiena fejn Malta saret stat mafjuż. Kissirtu isem pajjiżna, sostna Beppe Fenech Adami, rrifera għar-rapporti li l-gvern qed ikun iffaċċjat bihom.
Il-Prim Ministru llum għandu ferneżija li jitlaq mill-kariga. Il-flus llum saru l-alla ta’ kollox, Taħt il-Prim Ministru Muscat inqatlet Daphne Caruana Galizia, li nqatlet għax il-gvern falla b’atmosfera ta’ impunità. Iż-żejt irid jitla’ f’wiċċ l-ilma!
Il-Prim Ministru qed jirrifjuta l-għajnuna tal-FBI u jirrifjuta li jkeċċi lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri u jħalli l-ġebla l-kbira ta’ 17 Black mhux maqluba biex toħroġ il-verità. Il-Prim Ministru qed jirrifjuta li jsaqsi lil Keith Schembri u Konrad Mizzi għalxiex kienu se jirċievu €5,000 kuljum minn 17 Black, sostna Beppe Fenech Adami.
//= $special ?>