Raġel mir-Rabat ġie lliberat minn akkuża ta’ bigamija wara li l-Qorti kkonkludiet li l-ewwel żwieġ wara kien ġien annullat, f’każ ferm imbarazzanti li jinvolvi r-Reġistru Pubbliku li naqset li tagħmel il-verifiki tagħha waqt il-każ.
Charles Micallef kien mixli quddiem il-Qorti tal-Maġistrati fl-2014 fejn ġie mixli li kien iżżewweġ għat-tieni darba meta kien diġa legalment miżżewweġ – li huwa reat kriminali punibbli sa massimu ta’ erba’ snin ħabs. Huwa kien qed jiġi mixli wkoll li xehed falz taħt ġurament u li sar reċidiv.
Fl-2015, il-Qorti kienet infurmata li huwa kien separat legalment mill-mara tiegħu ta’ nazzjonalità Maltija, iżda mhux divorzjat. F’dak l-istadju id-difiża kienet qed toġġezjona għall-produzzjoni tal-mara bħala xhud minħabba li kien hemm żewġ konjuġi.
Rappreżentant tar-Reġistru Pubbliku qal fix-xhieda tiegħu li l-akkużat kien legalment separat mill-mara tiegħu fis-sena 2000, iżda kien mar għandhom biex japplika għat-tnidijiet f’Marzu tal-2014, biex jinbeda proċess biex huwa jiżżewweġ għat-tieni darba.
Ix-xhud esebixxa dikjarazzjoni, ffirmata mill-akkużat, li kienet tgħid li huwa mhux miżżewweġ. Id-Direttur tar-Reġistru Pubbliku kien bagħat email lill-Pulizija f’Ottubru, fejn kien infurmahom li Micallef kien iżżewweġ Russa waqt li huwa kien għadu miżżewweġ mara Maltija.
Mistoqsi mill-Avukat Arthur Azzopardi jekk sarux il-verifiki neċċessarji qabel ma ħarġu t-tnidijiet, ix-xhud qal li seta’ kien hemm nuqqas ta’ sorveljanza jew żball minn naħa tal-uffiċjal responsabbli. Ħareġ mix-xhieda li r-reġistru kellu aċċess fuq zewġ tipi ta’ nformazzjoni fuq dettalji tal-individwi.
Madankollu uffiċjal inkarigat miż-żwiġijiet mir-Reġistru Pubbliku qal fil-Qorti li l-ebda nformazzjoni ma kienet disponibbli li kienet tindika li huwa kien miżżewweġ ma kienet tidher fid-database u dan wara li l-ewwel żwieġ kien dikjarat null fl-2018.
Peress li l-ewwel żwieġ kien ġie dikjarat null, qalet il-Qorti, dan ifisser li r-raġel ma jistax jinstab ħati ta’ bigamija. “Minkejja li l-akkużat iżżewweġ għat-tieni darba, l-ewwel żwieġ kien għadu fis-seħħ minħabba li kien legalment isseparat u qatt ma kiseb id-divorzju, iżda l-fatt li wara ż-żwieġ tiegħu kien ġie dikjarat null, jfisser li ma jistax jinstab ħati…..bl-ewwel żwieġ ma jistax jiġi kunsidrat bħala validu jew żwieġ leġittimu,” qalet il-Qorti.
Fuq l-akkuża li ħalef falz, il-Qorti nnutat li ma kienx ippruvat li l-uffiċjal mir-Reġistru Pubbliku ma kinitix il-persuna awtoriżżata li tamminsitra l-ġuramenti skont il-liġi. Il-Maġistrat Astrid May Grima għalhekk illiberat lilr-raġel mill-akużi kollha. L-Avukat Rene Darmanin ukoll deher għal Micallef.
//= $special ?>