Lokali

“Rebħa storika għal ġejjieni” – KNZ

L-Oppozizzjoni tinsab sodisfatta ghall-fatt li l-Parlament aċċetta u vvota favur il-proposta tal-PN biex tiġi ddikjarata emerġenza tal-klima. Ssostna dan il-Kap tal-PN Adrian Delia, fl-ewwel reazzjoni tieghu wara l-vot fil-Parlament.

L-irwol tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ kien strumentali sabiex ikkonvinċa lill-Ministru għall-Ambjent jemenda l-mozzjoni tal-Gvern u jintlaħaq kompromess bdejn iż-żewġ naħat.

IL-KNZ saħqu li dan kien pass importanti iżda għad jonqos ħafna xi jsir rigward dan is-suġġett ferm kruċjali għal pajjiżna.

B’dan il-vot Malta saret wiehed minn ftit pajjizi fid-dinja li diga’ ddikjaraw emergenza tal-klima.