Żagħżugħ ta’ 23 sena mis-Sudan, residenti l-Munxar, ammetta li kien fil-pussess ta’ pjanta u raża meħuda mill-pjanta Cannabis, liema droga instabet f’ċirkustanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu.
Ir-raġel ġie arrestat jumejn ilu, meta l-Pulizija wettqu rejd fir-residenza taż-żagħżugħ.
Hu tressaq taħt arrest quddiem il-Maġistrat t’Għawdex Paul Coppini fejn ammetta l-akkużi kollha miġjuba fil-konfront tiegħu u ġie kkundannat sentenza ta’ sitt xhur priġunerija, kif ukoll immultat €465.
Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Anthony Scerri.
//= $special ?>