– Simon Busutill, PN
Wasal il-mument li l-Ewropa tintervjeni u titkellem, li tieħu l-passi hi biex iġġiegħel il-gvern Malti biex jagħmel li għandu jagħmel u dak li suppost ilu li jagħmel. Għandna bżonn lil xi ħadd jagħtina d-demokrazija tal-pajjiż lura.
Dan sostnieh id-deputat Nazzjonalista Simon Busutill meta kien qed jitkellem fil-parlament fid-dibattitu dwar il-Ministeru tal-Intern.
Simon Busutill qal l l-ikbar sfidi hi kriżi ta’ legalità; fejn qed tirrenja l-liġi tal-ġungla. Din hi istigata u appoġġjata minn fuq nett li tida mitt-mnexxija tal-pajjiż u tkompli fit-tmexxija tal-pulizija li hi fil-but tal-Prim Ministru maħkuma biex tħares l-interess tal-Prim Ministru, ta’ Keith Shembri u ta’ persuni oħra.
Din hi kriżi li trid tissolva għaliex inkella se tkompli tirrovina isem Malta. Keith Schembri nqabad li se jieħu €5000 kuljum mingħand Jurgen Fenech, is-sid ta’ 17 Balck. Quddiem dan kollu l-Prim Ministru ma jitkellimx meta Keith Schembri nqabad b’korruzzjoni u għandu inkjesti miftuħin fil-qorti.
Simon Busuttil qal li dawn l-inkjesti għadhom mhux konklużi għax Keith Schembri hu viċin il-Prim Ministru. Hu qal li l-Prim Ministru lanqas kellu kelma waħda ta’ faraġ għall-familja ta’ Daphne Caruana Caruana li issa ilha sentejn assassinata b’mod premeditat. Il-Prim Ministru lanqas lissen kelma waħda dwar l-inkjesta pubblika li suppost infetħet dwr l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-ġustizzja hi diffiċli biex titwettaq iżda l-PN mhux se jieqaf. Hu appella lill-Ministru tal-Intern biex jgħid kelma ta’ faraġ lill-familja ta’ Caruana Galizia u jassigura li l-pulizija se jieħdu l-passi meħtieġa.
Fil-pajjiż hawn kriżi fit-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija, sostna Simon Busuttil qal li fil-pajjiż qed tirrenja l-liġi tal-ġungla. Il-Prim Ministru tilef kull sens ta’ awtorità morali u poter biex jieħu passi kontra l-korrotti għaliex miegħu għandu lil Keith Schembri.
Quddiem din is-sitwazzjoni issa qed tidħol l-Ewropa għaliex il-gvern qed jonqos milli jagħti l-ġustizzja u l-verità. Il-Kunsill tal-Ewropa intervjena u ħareġ riżoluzzjoni dwar il-qtil ta’ Daphne u ssaltna tad-dritt fil-pajjiż.
Hu qal li numru ta’ maġistrati astejenew mill-inkjesta ta’ Daphne u li kien stabbilit li l-pulizija għandha l-informazzjoni dwar xi persuni iżda ma marrux għandhom, li l-Ministru Cardona tkellem mal-kriminali involuti u li l-pulizija informaw lil dawk informati li se jiġu arrestati.
Hu qal li l-Ministru tal-Intern kien qal li l-pulizija waslu biex iressqu lin-nies dwar il-qtil ta’ Caruana Galizia iżda wara sena ma sar xejn. Il-Kunsill tal-Ewropa qal ukoll li d-Direttur tal-Europol iddikjara li ħass li m’hemmx koperazzjoni biżżejjed mill-pulizija Maltija.
Fis-6 ta’ Ottubru 2019 The Sunday Times irrapportat li negozjant hu fost is-suspettati li qatlu lil Daphne. Il-Ministru tal-Intern llum għandu jgħid jekk il-pulizija interrogawx lil dan in-negozjant. Jekk dan ma seħħx, ir-responsabbiltà politika hi tal-Ministru tal-Intern.
Simon Busuttil kmpla li fit-tieni annversaju mill-qtil ta’ Daphne Crauana Galizia, l-Ambaxxata Amerika iddikjarat li Daphne Crauana kienet ġurnalista investigattivi li tieħu r-iskji u li wara t-talba tal-gvern Malti għal-għajnuna, l-Istati Uniti appoġġjat lill-gvern Malti fl-investigazzjoni biex kienu arrestati tliet persuni.
L-Ambaxxata kompliet li tinsab lesta li tkompli tgħin lill-gvern Malti jekk mitlua mill-awtoritajiet Maltin. Dan ifisser li l-gvern Malti waqqaf lill-FBI u li dawn m’għadhom jgħinu? Għidtulhom jitilqu? staqsa Simon Busuttil, li kompla li l-Ministru għandu jispjega għaliex l-FBI mhux qiegħdin jgħinu fl-investigazzjonijiet.
Simon Busuttil qal li bit-teknoloġija l-Amerikani qabdu tliet persuni għax qabduhom bit-telefonati fil-post fejn splodiet il-bomba. M’għandhix dubju li bit-teknoloġija Amerikani jinqabdu l-persuni li dawn kienu qed jitkellmu magħhom. Il-Kummissarju jirċievi rapporti mill-FIAU fuq Keith Schembri u għadu ma nvestigax. Il-pajjiż għandu kriżi ta’ legalità u sakemm din tissolva l-pajjiż mhux se jieħu r-ruħ.
Simon Busuttil qal li l-Prim Ministru daħħal kultura ta’ koruzzjoni u impunità. Il-Kunsill tal-Ewropa kkonkluda li d-dgħjufija ta’ Malta huma sors ta’ inkwiet għall-Ewropa kollha għaliex iċ-ċittadinanza Maltija hi ċittdinanza Ewropa. Jekk Malta ma tistax jew ma tikkoreġġix din id-dgħufija l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom jintervjenu.
Simon Busuttil qal li la l-gvern ma jrdix jisma’ bil-kelma t-talba u qed jibqa’ jinjora lill-Oppożizzjoni allura issa l-pajjiż ġie f’sitwazzjoni fejn qed jitkellmu l-istituzzjonijiet minn barra. Wasal il-mument li l-Ewropa tintervjeni u titkellem, li tieħu l-passi hi biex iġġiegħel il-gvern Malti biex jagħmel li għandu jagħmel u dak li suppost ilu li jagħmel. Għandna bżonn lil xi ħadd jagħtina d-demokrazija tal-pajjiż lura, iddikjara Simon Busuttil.
//= $special ?>