Lokali

Xena oħra ta’ persuna rieqda barra f’Tas-Sliema

Persuna xerred dan ir-ritratt magħna fejn fih jidher persuna li jinsab rieqed fuq il-bankina f’Tas-Sliema. Dak li qassam magħna dan ir-ritratt qalilna li r-ritratt ittieħed għall-ħabta tal-11pm.

Dan huwa wieħed mill-ftit ritratti ta’ nies rieqda barra hekk kif ix-xahar li għadda, konna rċevejna ritratti minn Tas-Sliema, ta’ grupp ta’ persuni rieqda fi Ġnien l-Indipendenza.

Il-ġimgħa li għaddiet statistika tal-Eurostat uriet li f’pajjiżna hawn madwar 90,000 persuna li qegħdin fil-faqar jew jinsabu f’risjku ta’ faqar. Minkejja r-realtà ta’ dawn in-nies, il-Gvern qed jibqa’ jipprova jgħaddi n-nies biż-żmien u jibqa’ jirriffjuta li jammetti li hawn nies li qed jgħixu l-faqar ta’ kuljum.