Sport Sport Ieħor

Diane Schembri Xerri ttemm fl-ewwel post waqt il-Kampjonat tad-Dinja tal-Amateurs fl-Irlanda

Diane Schembri Xerri kisbet l-aqwa riżultat minn total ta’ 16-il atleta Malti li ħadu sehem fil-Kampjonat tad-Dinja tal-Amateurs li sar f’Cork fl-Irlanda. Dawn l-atleti tal-kickboxing u K1 ħadu sehem f’kategoriji varji waqt dan l-avveniment importanti.

Schembri Xerri kisbet l-ewwel post wara ġlidiet f’ġurnata. Hi rebħet tlieta u kienet sfortunata li tilfet l-aħħar waħda kontra d-Danimarka b’deċiżjoni mħallta, f’dik li kienet ġlieda bilanċjata b’ammont ta’ tekniki differenti miż-żewġ atleti. Din il-kompetizzjoni għall-atleta ta’ Ying Yang Team Noel kienet l-aktar riċenti minn serje f’isem Malta fuq dan il-livell.

Jassistu lil dawn il-kompetituri kien hemm Master Noel Mercieca minn Ying Yang Team Noel Kickboxing Club, Al Creed minn Malta Thai Boxing, Evan Frendo minn Kibishii Michi Kickboxing Club u l-President tal-Malta Kickboxing Association Isaac Chetcuti. It-tim Malti temm fit-12-il post minn 25 pajjiż u rritorna lura lejn pajjiżna aktar kmieni din il-ġimgħa b’total ta erba’ midalji tad-deheb, sitta tal-fidda u ħdax tal-bronż.

It-tim Malti kien jikkonsisti minn Mariah Camilleri, Logan Attard, Ismael Azzopardi, Carlos Morino, Justin Pace, James Busuttil, Clayton Zammit, Faith Azzopardi, Wandy Amber Pace, Jakov Bosnjak, Sven Farrugia, Triston Piscopo, Jesred Piscopo, Celeste Galea u Diane Schembri Xerri.