– Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Partit Robert Arrigo
Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Partit Robert Arrigo qal li ċ-ċifri tat-turisti qed jinkludu wkoll lill-eluf kbar ta’ ħaddiema barranin li jidħlu Malta iktar minn darba
Fil-parlament l-Viċi-Kap tal-PN Robert Arrigo qal li jispera li t-tnaqqis simobliku ta’ €3 fil-paga tal-Ministru Konrad Mizzi mhix se teffettwa l-mod kif jgħix i-Ministru. Hu qal li dan hu budget ta’ gvern fl-ispazju. Hu staqsa jekk l-Air Malta hux se tispiċċa, jekk din hux se tinbidel għal Med Air u jekk hux se jkun hemm farming out ta’ xi dipartimenti oħra. Jeħtieġ li fl-Air Malta jkun hawn iċ-ċertezza għax fin-nofs hemm il-ħaddiem Malti.

X’kien l-effett fuq l-Air Malta tal-falliment ta’ Cook? L-MTA kienu diġà ħallsu l-marketing għand Cook?, staqsa Robert Arrigo, li qal li hemm tħassib dwar it-tnaqqis mill-Ġermanja. Hemm operaturi li jridu jidħlu u jkabbru. L-accounts tal-Air Malta qed iqanqlu iktar mistoqsijiet.
Robert Arrigo tkellem dwar il-wasliet u qal li l-impressjoni hi li l-wasliet kienu 2.1 miljun iżda dan ma jistax ikun iktar. Hu kkritika l-fatt li f’dan hemm inklużi l-ħaddiema barranin li qed jiġu Malta għal iktar minn darba. Minn barra l-UE din is-sena ġew 300,000 li sentejn ilu kienet in-nofs. Robert Arrigo qal li dawn m’humiex it-tip ta’ pesuni li jiġu Malta għall-btajjel.
Id-deputat Nazzjonalista qal li kien hemm tnaqqis ta’ 0.1% fl-iljieli tat-turisti f’Malta. Hemm madwar 700,000 ħddiema ta’ kull ena li jridu jitnaqqsu miċ-ċifra ta’ 2.8 miljun. Hu qal li hemm ħaddiema barranin li jibqgħu għaddejjin anki bil-lejl bħax-xogħlijiet fil-Lukanda Fortina.
Dawn il-ħaddiema jmorru d-dar iktar frekwenti u għalhkek ikun hemm iktar wasliet. Dan minbarra li dawn jieħdu l-flus li jaqilgħu lura pajjiżhom. Hemm 350,000 li ġejjin minn barra l-UE u l-gvern qed jippjana li jżid 15,000 li jfissru madwar 40,000 wasla oħra. Hemm 500,000 li jmorru fl-RB&B.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Gvern lanqas ġabar €2 miljuni mill-Eco Tax u għalhekk din is-sistema falliet. Din is-sena kien hemm 25% inqas fil-gruppi u m’hemmx inċentiva biex dawn ikunu attirati. Jista’ jsir fond għall-fallimenti li jkun hemm f’dan is-settur. Il-kontijiet tad-dawl u l-ilma mhux jirriflettu r-realtà.
Hu kkritika applikazzjoni quddiem il-MEPA u l-gvern qed jgħid li se jħallas il-moll f’San Ġiljan. Il-Gvern se jidħol hu għall-claims ta’ €25 miljun? staqsa Robert Arrigo. Donnu l-gvern qed iħallas għall-films li jiġu Malta.
Robert Arrigo qal li jidher li l-kuntratt ma Manchester Utd. jiswa madwar €15-il miljun u appella biex il-gvern ipoġġi l-kuntratt fuq il-mejda tal-Kamra. Hu kkritika l-fatt li minkejja dan il-ftehim hemm biss titjira waħda għal Manchester.
Hu qal li l-fatt li ma kienx hemm over-bookings juri li ma kienx hemm ħafna wasliet.
Robert Arrigo appella biex terġa’ topera l-lukanda Jerma f’Marascala biex din iż-żona terġa’ tingħata l-ħajja.
