Lokali Parlament

Il-Gvern għandu jassigura li ma ssirx ħsara il-Bajja tal-Għadira

  • Robert Cutajar, PN

Il-Whip tal-Grupp Parlamnetari Nazzjonalista Robert Cutajar appella lill-Gvern biex jassigura li ma ssirx ħsara irreparabbli jekk se jsir intervent biex titkabbar il-Bajja tal-Għadira.

Fil-parlament Robert Cutajar qal li hemm porblemi fuq is-settur tal-kiri tal-karozzi u sostna li l-Kunsilli Lokali huma element improtanti għat-turimu fil-pajjiż Dwar l-MTA, il-Whip Nazzjonalista qal li l-bed tax li qed titħallas għandha tibqa’ għand il-lokalità permezz tal-kunsilli lokali.

Hu semma’ l-attivitajiet kulturali u qal li l-attivitajiet tal-kunsilli lokali m’humiex fuq il-web site tal-MTA. Tnaqqas ukoll il-flus għal xi kunsilli lokali biex dawn jorganizzaw l-attivitajiet tagħhom.

Robert Cutajar semma’ l-Imdina u qal li l-MTA għad trid tikkonfermalhom il-fondi għall-Festival Medjevali biex dan ikun jista jerġa jsir. L-MTA qed tiddiżappunta anki fl-EDEN, fejn hemm 10 lokalitajiet involuti.

Hu semma’ l-Għadira u qal li l-gvern ma serraħx ras il-poplu li l-estenzjoni tal-Bajja tal-Għadira tista’ twassla biex tingħalaq. Hu qal li l-binjiet li saru mhux qed iħallu l-aspett naturali u kompla li fil-passat kien hemm propost dwar it-triq liibniet fuq ir-ramel. Robert Cutajar qal li oriġinarjament il-flus tal-flyover tal-Kappara kellhom imorru għall-proġett tat-triq tal-Għadira; li hi l-aktar bajja li ilha tikkontrribixxi għat-turiżmu.

Hu sostna li jidher li m’hemmx flus biex isir parkeġġ għal 800 karozza fiż-żona fejn hemm il-caravans. Jeħtieġ li jkun hemm ukoll venda fil-Mellieħa. Dwar il-bajjiet blue flag, Robert Cutajar qal li Malta din is-sena kienet se titlef fil-Blue Flag fuq Golden Bay u fl-Għadira Dan għaliex sar palk fl-Għadira; attività għal skop nobbli li tmur kontra r-regoli. F’Golden Bay ma kienx hemm l-infurzar meħtieġ.