Lokali Parlament

Il-Gvern responsabbli jekk Malta titpoġġa fil-lista s-sewda

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal fil-parlament li l-gvern hu responabbli jekk wara r-rappot tal-Moneyval, Malat titpoġġa fil-lista s-sewda. Dan ikun ta’ detriment kbir għall-investiment fil-pajjiż.

Adrian Delia qal li t-tibdil tal-klima qed jeffettwa d-dinja kollha iżda l-gvern mhux jagħti t-tweġibiet li hu obbligat li jagħti. Minflok, il-gvern jipprova jżeblaħ lill-Oppożizzjoni. Hu qal li l-Oppożizzjoni ma taqbilx li l-uniku mudell li jagħmel sens hu dak li jibqa’ jimporta l-ħaddiema barranin b’mod straordinarju.

Jirriżulta li 28% tal-ħaddiema f’Malta huma barranin. Hu qal li anki l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali jaqbel li qatt ma kien hawn sitwazzjoni bħal din ta’ daqhekk numru kbir ta’ ħaddiema barranin. L-aħħar li din ġrat kienet 100 sena ilu meta kien qed jinbena l-breakwater tal-Port il-kbir.

Dan il-gvern m’għażilx li joħloq setturi ekonomiċi ġodda fl-ekonomija Maltija iżda minflok ġab il-prekarjat fil-pajjiż. Il-Prim Ministru għażel li jġib kemm jiflaħ u iktar nies minn barra bil-fatti juru li iktar ma jgħaddi żmien iktar ġejjin barranin li m’humiex mill-UE.

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali stess qed jikkofnerma dak li qed ngħid jien, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni, li kompla li l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali qed isostni wkoll li din il-politika ġġib ukoll effetti fuq id-djar u setturi oħra. Il-pjan tal-Gvern hu li jġib 60,000 ħaddiema barrani ieħor biex fil-ħames nin li ġejjin nofs il-ħaddiema Matin se tkun barranija.

L-Economic Survey jistabilixxi li l-aktar numru ta’ ħaddiema huma minn barra l-UE fejn qabel kien hawn 29% fil-mija minn barra l-UE iżda dan il-persentaġġ illum tela’ għal 38%

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li l-Bank Ċentrali qed jistabilixxi li kull sena ġejjin iktar barranin minn barra l-UE u li dawn huma bl-inqas ħiliet. Dan hu gvern ta’ estremi, sostna Adrian Delia, li kompla li l-gvern qed joħloq żbilanċ għal-level playing fl-ambitu politiku bħal ma ħara fil-każ tar-rapport mhux pubblikat Egrant.

Hawn żbilanċ fit-tip ta’ barranin li qed jiġu fil-pajjiż. Hu semma’ l-każi tal-bejgħ tal-passaporti fejn qed jirriżulta li r-Russu-Iżraelit li xtara l-passaport Malti, propju dakinhar li ngħata ċ-ċitadinaza, applika biex ikollu d-dritt jivvota fl-elezzjoni ġenerali f’Malta.

Dawn il-barranin sinjuri u ħbieb tal-Labour qed jiġu Malta biex jixtru l-passaporti biss jew biex jivvotaw? staqsa l-Kap tal-Oppożizzjoni, li kompla li mhux normali kif dan il-barrani l-ewwel ħaġa li ġiet f’moħħu hi li jivvotaw. Ma nagħmlux mod li l-Prim Ministru irid ibiegħ il-voti wkoll? staqsa Adrian Delia, qal li l-PL qed jgħid li m’għandux bżonn dawn il-voti għax qed issir arroganti. Dan il-gvern qed jaħseb li jista’ jbiegħ lill-pajjiż u jixtri l-voti.

Jirriżulta li dan il-barrani għamel dikjarzzjoni falza dwar kemm kien ilu joqgħod Malta. Dan hu reat kriminali, sostna Adrian Delia, li qal li l-PN ipprotesta dwar dan u fil-qrati ċaħħadna li din l-illegalita tibqa’ tippersisiti.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem dwar il-faqar u qal li hawn 86,000 li huma fil-faqar iżda l-Prim Ministru jinsab kuntent b’din is-sitwazzjoni għaliex flok 90,000 hawn 86,000. Adrian Delia qal li dawn huma persuni u nies li kull ġurnata ma jaħsbux fuq l-ekonomija jew fuq il-partiti iżda fuq kif se jagħmlu biex jaslu sal-aħħar tax-xahar flimkien ma’ wliedhom.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li fil-pajjiż hawn qrib id-90,000 li huma fil-preċipizju tal-faqar. Il-PN qed jistieden lil dawn in-nies biex jitkellmu miegħu inkluż dwar id-dritt ta’ kulħadd li jkollu saqaf fuq rasu billi aprti mill-investiment kapitali jmur fuq is-setturi meħtieġa.

Il-PN jemmen f’investiment fl-edukazzjoni u fl-istrutturi tal-pajjiż beix dawn jinqalgħu mill-faqar. Il-PN jemmen fil-poplu u fiż-żgħażagħ u li jekk ikun hemm it-tgħalim kulħadd jgħix ħajja diċenti f’soċjetà li jimpurtaha.

Adrian Delia kompla li fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru kien irrabbjat iżda ma wieġeb xejn. Adrian Delia sostna li fl-immigrazzjoni l-Prim Ministru tilef il-kontroll fejn lanqas hemm sigurtà għall-ħaddiema Maltin li jaħdmu fis-settur.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni sostna li fiċ-Ċentri ta’ Detenzjoni u fiċ-Ċentri Miftuħin huma mimilija nies li dejjem jiżdiedu. Hu qal li l-Prim Ministru ma weġibx dwar kemm hawn immigranti u kemm applilaw għal status ta’ refuġjat.

Adrian Delia qal li f’Ħal Far kien hemm 1,200 immigrant iżda pulizija u suldat wieħed u numru żgħir ta’ ħaddiema. Il-Prim Ministru għandu jwieġeb dekk dan hux biżżejjed għan-numru ta’ persuni fiċ-Ċentru.

Il-Prim Minitru għandu jwieġeb ukoll jekk hemmx forzi biżżejjed biex jikkontrollaw jekk jinqala’ irvell, dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-uffiċjli u għaliex kien issa li l-gvern beda jikellem dwar il-kundizzjonijiet ta’ dawn il-ħaddiema wara li kien hemm irvell u jinħaraq kullimkien.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni staqsa kif il-gvern qed isaħħaħ l-interessi tal-ħaddiema, x’komunikazzjoni tinżamm mal-istaff, kemm jifilħu nies iċ-ċentri, x’politika ta’ integrazzjoni qed jimplimenta l-gvern u x’irid.

Il-Gvern issa stenbaħ u qed jgħid li jekk se jkun hawn l-irvellijiet trid issir politika ta’ integrazzjoni. X’miżuri qed jieħu l-gvern biex ċertu żoni ma jispiċċawx ghettos? Il-Gvern qal li se jiftaħ il-bibien beraħ biex jiġu iktar u iktar barranin.

Hu qal li aħna rridu nkunu umani ma min hu dgħajjef għax il-ħajja hi prijorità u nkunu ġusti ma min irid jingħata ażil iżda b’saħħtina ma’ min jittraffika l-persuna u jabbuża ma’ min jabbuża minn Malta u fix-xena intenazzjonali biex nuru li fejn jidħol pajjiżna meta xejn aqwa u ħajar.

Fl-aħħar ta’ Settembru hu kiteb lill-President Jsoef Dol fejn semmielu li pajjiż żgħir fil-fruntiera tal-UE m’għandhomx jitħallew weħidhom iżda jridu jingħataw riżorsi u għajnuniet biex ikunu jistgħu jiddefendu t-territorju tal-UE, li jkunu kkunsidrati għajnuniet biex jinbnew l-eknomiji ta’ pajjiżi fejn hemm il-problemi, jkun hemm sistema ġusta u effettiva ta’ ritorn tal-persuni li ma jingħatalhomx l-ażil, tidħol liġi Ewropea dwar is-sitwazzjonijiet li jinqalgħu fuq il-baħar u jkun hemm appoġġ tal-NGOs ġenwini u jsir skrutinju ta’ kull bastiment li titħaddem fil-Mediterran biex ma jkunx hemm abbuż mit-traffikanti tal-persuni. Dawn huma ħames punti li jien kitbt f’Settembru biex din il-problema tal-immigrazzjoni tkun tratta għaliex il-problema se tkompli tikber, sostna Adrian Delia.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni semma’ l-mozzjoni dwar l-emerġenza fit-tibdil fil-kelma li issa l-parlament approva. Hu qal li fl-2020 Malta suppost kellha l-mira li 10% tal-enerġija kellha tiġi minn enerġija altenattiva iżda l-pajjiż wasal biss sa 7%. Dan meta l-10% kienet l-inqas mira mill-UE. Il-Gvern għandu jgħid kif se jwieġeb lill-UE u xi pjan għandu dwar enerġija altenattiva. Il-Gvern għandu jiddikjara s-sorsi ta’ enerġija alternattiva x’inhuma sal-2030 u l-2050.

Hu qal li kien sorpiż li l-Prim Ministru qal li l-Oppożizzjoni qed tattakka s-settur tal-gaming u s-settur tas-servizzi finanzjarji meta dawn is-setturi ħoloqhom il-PN meta kien fil-gvern.

Adrian Delia qal li fejn falla dan il-gvern, se jkun il-PN li jkun pijunier biex jagħmel minn kollox biex insalvaw dawn is-setturi. Qatt fl-istorja ta’ kemm ilu jsir ir-rapport mill-Moneyval ma fallejna, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni, li qal li jekk il-gvern ma jirrimedjax is-sitwazzjoni Malta titpoġġa fu il-lista s-sewda. Din ikun ifisser li l-investituri jikkunsidraw il-lista s-sewda meta jiħu biex jinvestu u ma jinvestux f’dawk il-pajjiżi li huma fiha. Hu qal li l-Ministru tal-Finanzi għandu jerfa’ r-responsabbiltà dwar din is-sitwazzjoni fosthom dwar l-bejgħ tal-isptarijiet.

Adrian Delia qal li l-kuntratti kollha li biegħu l-isptarijiet bihom u li fihom eluf ta’ miljuni jridu jkunu skuritnizzati biex ikun stabbilit fejn marru u kif inteqfu l-miljuni ta’ flus biex jingħata rendikont lill-poplu ta’ kull sold li ntefaq.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li fil-pajjiż hawn min irid jagħmel l-affarijiet bis-serjetà fejn il-PN jrid ikun kostruttiv fil-kritika tiegħu u qed joħroġ bil-proposti. Il-poplu għandu jħares lejn il-PN li jikkritika biex jirranġa l-affarijiet u jipproponi għax għandu viżjoni għal pajjiż iktar nadif fil-Korp tal-Pulizija, fil-governanza tajba, ta’ pajjiż ambjentali u fejn is-sinjuri ma jkunx il-maħmuġin li jimporta l-gvern bix-xiri tal-passaporti. Il-PN irid li l-poplu u ż-żgħażagħ ikollhom futur sabiħ quddiemhom, sostna Adrian Delia.