Lokali Parlament

Il-PN bi proposti għal kull settur

  • Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Parlament David Agius

Fil-parlamnent il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Parlament David Agius qal li l-PN għandu proposti għal kull settur waqt li l-Gvern Laburista u l-Prim Ministru tant saru arroganti li ma kienux fil-parlament meta dan iddiskuta l-voti tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

David Agius kompla li l-PL m’għandux problema ta’ finanzi waqt li l-PN iġib il-fondi mingħand il-poplu. Hu qal li l-Gvern Laburista nefaq €40,000 f’ċerimonja ta’ ftuħ ta’ triq li fiha uża lill-persuni li jorganizzaw l-attivitajiet tal-PL.

David Agius qal li l-Gvern Laburista hu korrott bi skandlu wara skandlu u sostna li l-Prim Ministru sab lill-Gvern Nazzjonalista li ħejja l-pedamenti tal-ekonomija biex dan il-Gvern illum kompla jibni fuqha. Hu kompla li f’dan il-pajjiż għad hawn gvern li wara seba’ snin ta’ Gvern Laburista għad hawn nies li jorqdu barra u jgħixu fil-garaxxijiet.

Il-Viċi-Kap tal-PN kompla li issa l-Gvern Laburista jibda jqassam id-djar għall-voti għaliex dan il-gvern għadu ma lesta l-ebda appartament.

David Agius semma’ l-Ombudsamn li għandu quddiemu każ wara każ li fihom ta raġun lill-ħaddiema iżda l-Gvern Laburista ma jtiehomx raġun. Dwar l-Uffiċċju tal-President, David Agius sellem lill-ex President Marie Louise Coleiro Preca u awgura lill-President George Vella u kompla li l-PN irid ikompli jaħdem ma’ dawk kollha involuti għat-tibdil kostituzzjonali fil-pajjż biex din tirrifletti ż-żminijiet tal-lum.

Il-Viċi-Kap tal-PN kompla li jekk dan isir, il-poplu u l-ġenerazzjonijiet futuri jkollhom l-ogħla liġi tal-pajjiż maqbula bejn iż-żewġ partijiet.