Lokali

Inċident stradali ġewwa Marsaskala

Illum, għall-ħabta tat-7:55am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Sant’ Antnin, Marsaskala.

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Peugeot 206 misjuqa minn mara ta’ 25 sena residenti Marsaskala u mutur tat-tip Kymco misjuq minn raġel ta’ 39 sena residenti Ħaż-Żabbar.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadhom għaddejjin.