Lokali Parlament

Is-settur finanzjarju, il-gaming u t-teknoloġija diġitali huma l-aktar setturi li qed isofru min-nuqqas ta’ governanza korretta

– Kristy Debono, PN

Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono qalet li s-settur finanzjaru, il-gaming u t-teknoloġija diġitali huma l-aktar setturi li qed isofru mill-problemi li ħoloq dan il-gvrn b’nuqqas ta’ governanza tajba u kissir tar-reputazzjoni internazzjonali ta’ Malta.

Fil-parlament Kristy Debono qalet li l-każ tal-Panama Papers ħalla effetti kbir fuq l-industirja tal-gaming u fuq setturi oħra. Il-ġlieda tal-pajjiż kontra l-ħasil tal-flus mhux tikkonvinċi. Ir-rapport li qed joħorġu fuq Malta qed ikissru r-reputazzjoni ta’ Malta dwar kemm il-pajjiż ma jitollerax il-ħasil tal-flus.

Hi qalet li l-kumpaniji tal-gaming qed isibuha ferm diffilċi biex jimpjegaw ħaddiema minħabba l-kirijiet u l-propjeta ogħlja speċjalment fiż-żioni ta’ San Ġiljan. Dan hu settur speċjalizzat, spjegat Kristy Debono, li kompliet li anki l-edukazzjoni tat-tfal ta’ dawn l-impjegati barranin qed tkun diffiċli minħabba li hemm waiting lists fl-iskejjel tal-barranin. Problema oħra hi li l-ħlasijiet għal dan l-ikejjel ogħlew wisq. Għalhekk din l-industrija qed issibha diffiċli ferm biex issib l-impjegati meħtieġa. Hi tkellmet dwar il-ħolqien ta’ cluster zone biex ikun offrut taħriġ speċjalizzat.

Kristy Debono qalet li hawn problema biex banek joffru servizzi lil dan is-settur. Hi semmiet l-istorja tas-Sata Bank u qalet li mal-ftit ħażin weħlu t-tajbin, tkellmet dwar il-BOV u qalet li dan illum qed jaddatta mudell inqas riskjuż.

Il-pajjiż jeħtieġ viżjoni differenti fejn is-settur edukattiv għandu jimxi id f’id ma’ din il-viżjoni. Jeħtieġ li fit-teknolġija finanzjara jkun hemm it-taħriġ neċessarju biex l-opportunitajiet jittieħdu mill-ġenerazzjonijiet futuri.

Il-fiduċja tal-poplu fil-banek Maltin qed tonqos minħabba l-kontroversji tal-Pilatus Bank u banek oħra li xekklu l-fiuċja u daħħlu d-dubji. Ir-rapport tal-Moneyval kien ukoll opportunità mitlufa. Il-BOV se jitlef il-correspondent bank tiegħu u l-klijenti għadhom fl-għama dwar dan. Ir-rapport tal-Moneyval hu wieħed biss minn sensiela ta’ rapporti li ħarġu u li jikkritikaw il-mod kif qed jitmexxa s-settur finanzjarju.

Kristy Debono qalet li Malta ma ngħatat l-ebda riżultat pożittiv fir-rapport tal-Moneyval; fejn f’9 minn 11-il aspett Malta kienet ġudikata bħala taħt il-mejda. Il-problema mhix il-liġijiet iżda n-nuqqas ta’ rieda biex il-liġijiet ikunu implimentata. Malta issa tpoġġiet fuq il-lista s-sewda proviżorja qabel titpoġġa fuq il-lista s-sewda. Minkejja li kien jaf li ġejjin l-uffiċjali tal-Moneyval, il-gvern falla milli jissodisfa l-kriterji meħtieġa.

Hi appellat biex l-FIAU titħalla topera u tagħmel l-iskrutinju fuq dan is-settur. Il-golden handshake fl-MFSA ma kienx hemm bżonnha għaliex kompliet tagħmel ħsara lis-settur. Kristy Debono qalet li s-settur finanzjaru, il-gaming u t-teknoloġija diġitali huma l-aktar setturi li qed isofru minn din is-sitwazzjoni.