- Hermann Schiavone, PN
Id-deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone appella lill-gvern biex jinvesti fix-ship ta’ shore fil-Free Port f’Birżebbuġa biex ir-residenti ma jibqgħux isforu mill-inkovinjenti tal-ħsejjes kaġunati minn dawn il-vauri u mill-industrija.
Hermann Schiavone tkelle mdwar is-settur pubbliku u qal li l-ħaddiema jagħmlu iktar minn dak mistenni minnhom biex jagħti l-aqwa servizz lill-poplu Malti. Hu tkellem dwar is-ship ta’shore supply biex jitnaqqas it-tniġġiż li l-gvern qal li se jagħmel fil-Port il-Kbir.
Hu semma’ n-nies ta’ Birżebbuġa u fil-Free Port u qal li l-Prim Ministru kkonferma li dan se jsir ukoll fil-Port ta’ Marsxlokk. Dawn in-nies ilhom snin ibatu, sostna Hermann Schiavone, li kompla li l-proposta tad-double glazing kienet insult għaliex waqt li l-Gvern se jinvesti €35 miljun fil-Port il-Kbir, in-nies ta’ Birżebbuġa se jkunu mġgħela jħallsu parti mill-ispiża għad-duble glazing l-invetsiment tal-Gver se jkun ta’ €300,000 biss.
Hu qal li l-gvern se jinvesti wkoll €23 miljun biex jirriċikla l-iskart f’Ħal Far li se tkun pjaga oħra fuq in-nies ta’ Birżebbuġa, Marsaxlokk, iż-Żurrieq u l-madwar. Hu staqsa x’konsultazzjoni għamel mal-Kunsill Lokali u mal-NGOs ambjentali dwar l-impatt ta’ dan il-proġett. Hermann Schiavone appella lill-gvern biex jikkunsidra li t-€23 miljun li se jinvesti f’Ħal Far issir biex isir ix-ship ta’ shore supply il-Free Port.
Hu qal li għandha tingħata l-għajnuna lin-nisa Maltin biex jkkontestaw l-elezzjonijiet ġenerali għalkemm jidher li m’hemmx qbil bejn il-partiti dwar kif in-nisa għandhom ikunu eletti. Hu ppropona li l-Prim Ministru li jkun elett ikollha lin-nies għad-dispożizzjoni biex dawn jitpoġġew fl-eżekuttiv tal-pajjiż.
//= $special ?>