Filwaqt li d-diskors tal-Budget ma jsemmi imkien lil Steward Healthcare, waħda mill-akbar nefqiet għall-Ministeru ta’ Chris Fearne hija ta’ 33 miljun u nofs Ewro, li mhix sejra f’mediċini jew apparat, jew f’servizzi speċjalizzati – din in-nefqa għas-sena d-dieħla sejra għand Steward. Il-kumpanija li ħadet f’idejha it-tlett sptarijiet Maltin wara t-tluq misterjuż ta’ Vitals, biex tagħmel dak li kellu suppost ikun “investiment kbir” ghall-Maltin.
Meta ppruvajna nistaqsu lill-Ministru tal-Finanzi dwar dan l-iskandlu l-ġdid, irreferiena għal għand il-Ministru Fearne.
Net News għalhekk prova jistaqsi lid-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista dwar x’qed jiġri ezatt ma’ Steward. Iżda anke hawn, il-Ministru responsabbli ma weġibx.
Bqajna bla ebda spjegazzjoni. Kif bqajna bla spjegazzjoni ukoll dwar dak li qed jgħidu t-tobba, illi fl-aħħar jiem żvelaw kif Steward kellha l-pjan li titlaq minn Malta, u bħal Vitals tħalli lill-Gvern lampa stampa.
Fil-fatt, waqt li Joseph Muscat kien qed jagħmel ir-replika tiegħu għad-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni dwar il-Budget, is-Sergretarju Ġenerali tal-Assoċċjazzjoni Medika Maltija, il-MAM kien qed idoqq il-qanpiena tal-allarm f’intervista fuq Net TV. It-tabib Martin Balzan qal li Steward mhux biss kienu heddew li jitilqu minn pajjiżna, izda riedu aktar flus.C
Skont l-estimi tal-Gvern, il-konċessjoni lil Vitals lura fl-2017 kienet ta’ 16 il mlijun u nofs Ewro. Koncessjoni li baqghet tikber u fl-2020 din se tkun ta’ aktar minn 49 miljun Ewro għal Steward.
Minkejja li l-poplu qed iħallas għal dan minn butu, la l-Ministru tal-Finanzi u lanqas dak tas-Saħħa m’għoġbu jispejga x’qed isir minn dawn il-miljuni kollha.
//= $special ?>