Fil-kariga l-ġdida tiegħu, bħala Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise, Kurt Farrugia se jkun qed jaqla’ d-doppju ta’ kemm jaqla’ l-Prim Ministra. Sa kważi €500 KULJUM.
Iżda mistoqsi dwar dan, Farrugia prova jmeri ċ-ċifra u mbagaħad dawwar il-kliem. Il-ħabib intimu ta’ Joseph Muscat irreferiena għal artiklu ippubblikat fit-Times u li filfatt jikkonferma li hu se jkun qed jaqla’ kważi sa €500 kuljum.
Għal din l-ewwel sena fil-kariga, Kurt Farrugia se jkun qed idaħħal aktar minn €130,000 fis-sena, bil-paga titla’ sa €180,000 fis-sena , jiġifieri ftit inqas minn €500 kuljum.
Iżda meta bqajna nistaqsu dwar il-fatt li Farrugia se jkollu waħda mill-ogħla pagi fiċ-Ċivil, Kurt Farrugia baqa’ għaddej u pprova jaħrab mill-mistoqsijiet tagħna.
Ippruvajna nistaqsuh ukoll jekk għandux il-kwalifiki meħtieġa għal dan ix-xogħol, iżda anke hawn, hu dawwar il-kliem u ma weġibx, u meta ppersistejana bl-istess mistoqsija, l-eks Kap tal-Komunikazzjoni ta’ Muscat – u persuna qrib tiegħu sa minn meta t-tnejn li huma kienu jaħdmu qrib xulxin fis-Super One – ftaħar b’investiment li sar minn kumpanija li bdiet topera f’pajjiżna grazzi għall-viżjoni li kellu Gvern Nazzjonalista.
Fil-fatt, hu kien għadu kif attenda attività ta’ Lufthansa Technik, li bdiet topera f’pajjiżna fl-2009, meta dak iż-żmien il-Gvern kien jara kif se jwessa’ l-ekonomija tal-pajjiż b’setturi ġodda u innovattivi – bħall-avjazzjoni, il-farmaċewtika, il-gaming u jew is-settur finanzjarji.
U minkejja li qalilna li jirrispetta lill-ġunalisti, Kurt Farrugia xorta baqa’ ma riedx iwieġeb il-mistoqsijiet ta’ NET New, la dwar il-paga u lanqas dwar il-kwalifiċi, biex hekk kif seta’, ħarab għal ġol-karozza li kellu tistennieh …. f’paniku, tant li njora għal kollox il-mistqosijiet tal-media Laburista.
//= $special ?>