Lokali Parlament

Julia Farrugia ma tara xejn ħażin li adulti jieħu l-joints fil-privat

“Ma nara xejn ħażin li dawk in-nies li naf f’diversi saffi tal-ħajja li xi kultant jieħdu xi joint. Mhu xejn ħażin li adult, fil-privat, jagħmel hekk”. Dan sostnietu s-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia meta kienet qed titkellem fil-parlament dalgħodu fid-dibattitu dwar il-ħidma tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Fl-aħħar ġimgħat is-Segretarju Parlamentari Farrugia kienet f’kontroversja meta ħadet pożizzjoni kontra l-mof kif il-legalizzazzjoni tal-kannabis għal skopijiet rikreattvi kienet intrepratata fil-programm elettorali Laburista. Hi kienet qalet li dan kien żball.

Din il-pożizzjoni ta’ Farrugia kienet ġabet reazzjoni immedjata u qawwija minn diversi esponenti fil-PL li jiddikjaraw fil-miftuħ li huma favur il-legalizzazzjoni tal-kannabis għal skopijiet rikreattivi. Dawn l-esponenti, fosthom l-ex kandidat Laburista għall-parlament Ewropew Cyrus Engerer, kienu iddikjaraw li l-manifest elettorali Laburista jrid jitwettaq.

Fid-diskors tagħha fil-parlament Julia Farrugia qabblet is-sitwazzjoni tal-adulti li jieħdu joint ma’ min jixrob xi flixkun birra u qalet li bla dubju li min jixtrob flixkun birra ma jistax jissejjaħ sakranazz.