Il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi reġà irrifjuta li jilqa’ t-talba tal-Oppożizzjoni biex ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-ftehim li l-Ministeru tat-Turiżmu għamel ma’ Manchester Utd.
Kien il-ViċiKap tal-PN għall-Ħidma fil-PN Robert Arrigo li llum reġà insista li l-Ministru Konrad Mizzi għandu jpoġġi dan il-ftehim fuq il-mejda tal-Kamra biex ikun stabbilit jekk dan sewiex madwar €15 jew €20 miljun mit-taxxi tal-poplu.
Il-Ministru Konrad Mizzi wieġeb biss li dan il-ftehim se joħloq opportunitjiet ġodda biex l-Air Malta tiftaħ rotot ġodda. Hu qal ukoll li Manchester Utd m’humiex biss klabb kbir tal-football iżda huma brand fihom innfushom. Hu qal li dan il-ftehim kien sar b’mod dirett mal-klabb ta’ Manchester Utd u m’hemmx aġenti involuti.
//= $special ?>