- Il-Viċi -Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Parlament David Agius
Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Parlament David Agius qal li Malta għandha żżomm il-prodott turistiku tagħha ibbażat fuq il-kwalità u tiddiversifika skont l-orjentazzjoni tat-turiżmu.
Fil-parlament David Agius qal li l-Prim Ministru m’għamilx riferenza għat-turiżmu ħlief dwar ix-xiri ta’ Villa Gwardamanga li fiha kienet tgħix ir-Reġina.

Hu qal li l-Gvern investa €15-il miljun fil-Manchester Utd iżda mhux jinvesti fil-football Malti.
Il-Viċi-Kap tal-PN qal li Malta qed iffaċċja kompetizzja qawwija minn diversi pajjiżi u semma’ d-diversi proġetti li kien għamel Gvern Nazzjonalista fir-restawr u fit-turiżmu.

David Agius qal li mhux magħruf x’inhu jagħmel il-gvern biex ikabbar it-turiżmu agrikolu waqt li l-bdiewa jingħataw is-sostenn meħtieġ. Hu tkellem dwar l-indafa tal-pajjiż biex kemm il-Malitn kif ukoll it-turisti jieħdu pjaċir bl-ambjent u l-indafa fil-pajjiż.
Il-Viċi-Kap tal-PN qal li t-turisti qed ifittxu li jkollhom esperjenza tal-poplu u għalhekk hu importanti li l-pajjiż jieħu ħsieb il-karatteristiċi tiegħu. Il-mewġa ta’ kriminalità f’Marsacala qed twassal għal biża’ fil-komunità; dan qalitu l-Viċ-Sindku Laburista tal-lokal, li kompliet l-familji qed jingħalqu ġo djarhom għax jibżgħu.
David Agius tkellem ukoll dwar l-importanza tal-investiment f’Għawdex.
