Internazzjonali Lokali

Strike nazzjonali fl-Italja

Strajk nazzjonali huwa ppjanat fl-Italja għall-Ġimgħa 25 ta’ Ottubru – strajk li mistenni jipparalizza pajjiz shih, bis-servizzi tal-ferroviji u t-titjiriet mill-ajruporti jigu affetwati direttament.

Dan l-istrike generali issejjah minhabba li t-Taljani jinsabu imxebba bis-sitwazzjoni tal-pagi fil-pajjiz, u l-morsa tal-gholi tal-hajja.

Il-haddiema tal-linja tal-ajru nazzjonali, Alitalia, se jieqfu jahdmu f’nofsillejl. Il-bdoti, l-ekwipaġġ tal-kabina u l-impjegati l-ohra tal-Alitalia se jippartecipaw kollha fl-istrike. B’kollox se jithassru 240 titjira.

Il-Ministeru għall-Infrastruttura u t-Trasport qal illi ħafna ajruporti individwali se jkunu affetwati minn dan l-istrike fosthom dak ta’ Malta …fejn mistennija jintlaqtu madwar 1,200 passiġġier li kienu se jivjaġġaw minn u lejn l-Italja.

Dawn jinkludu: Vjaġġ minn Katania fit-7:55AM, vjaġġ minn Ruma fil-11:25AM, vjaġġ minn Bari fis-1:50PM, vjaġġ minn Palermo fit-3:15PM, vjaġġ minn Catania fl-3:40PM u ieħor fil-5PM. Fl-10:35PM se tkun affettwata titjira minn Ruma filwaqt li l-aħħar titjira affetwata se tkun minn Catania fil-11:55PM.

Affetwati wkoll it-titjiriet lejn Catania fis-5:50AM, vjaġġ lejn Ruma fis-7:35AM u ieħor fid-8:50AM, vjaġġ lejn Palermo fis-12:40PM, kif ukoll it-titjira lejn Catania madwar nofs siegħa wara. Fis-6:40PM se tkun affetwata titjira lejn Ruma u ohra lejn Catania fl-9:50PM.

Intant, l-istrajk generali fl-Italja mistenni jaffetwa wkoll diversi servizzi minn Universitajiet u skejjel, kif ukoll is-servizz moghti minn diversi ufficcji tal-Gvern.