Lokali

ARA: Joseph Muscat ukoll jiddefendi lill-ħabib tiegħu Kurt Farrugia

Wara Kurt Farrugia nnifsu, issa lanqas il-Prim Ministru Joseph Muscat ma jrid iwieġeb dwar xi kwalifiċi għandu l-ħabib tiegħu biex laħaq f’pożizzjoni li tiggarantilu paga li tasal sa €179,000.

Illlum morna nistaqsu lill Prim Ministru jekk għadux jemmen fil-meritokrazija, meta sieħbu se jibda jirċievi €500 kuljum.

Dan minkejja li n-nies tiegħu pprovaw iżommuna milli nsaqsu, u bil-ġurnalista tas-Super One spiċċat timbotta anke lil Joseph Muscat stess waqt li tipprova tipproteġieh biex ma jkollniex ċans nistaqsu.