Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson qal li se jkun qed jagħti aktar ħin lill-Membri Parlamentari biex jiddibattu dwar il-ftehim ta’ Brexit, però dan isir biss jekk jaqblu li jkun hemm elezzjoni ġenerali fit-12 ta’ Diċembru.
Johnson qal li jistenna li l-UE tikkunsidra l-estenzjoni għad-deadline tal-Brexit li kellu jsir fil-31 ta’ Ottubru, anki jekk hu ma xtaqx li jkun hemm estenzjoni. Huwa appella lil-Labour biex jappoġġjaw vot dwar elezzjoni.
Il-PM Brittaniku qal li jrid li l-vot isir il-ġimgħa d-dieħla, fejn bosta qed ibassru li se jittieħed it-Tnejn li ġej.
Rapporti Ingliżi qed jgħidu li l-Partit Laburista Ingliż għadu inċert kif se jivvota, hekk kif mozzjoni bħal din għandha bżonn żewġ terzi tal-voti fil-Parlament
L-UE mistennija tagħti l-verdett tagħha dwar l-estenzjoni tal-Brexit illum.
//= $special ?>