Kultura Lokali

Fi tmiem il-ġimgħa: Żwieġ tat-Tiġieġ

Fadal l-aħħar ftit postijiet biex wieħed jattendi għall-kummiedja “Żwieġ tat-Tiġieġ”, li fi tmiem il-ġimgħa li ġej se tkun qed tittella’ fit-Teatru tad-Dar Ċentrali.

Iżda min se jattendi, x’mistenni jara? Tkellimna mad-Direttur tal-produzzjoni, Indri Attard:

Ħloqna ż-Żwieġ tat-Tiġieġ din id-darba. Dak li jkun jgħid, dawn it-tiġieġ x’inhuma? L-isem huwa simboliku allura wieħed irid jiġi u jara din l-istorja kkumplikata li jien dejjem ngħid, dejjem titgħarraq, minn att għall-ieħor. Hawn wieħed iħokk rasu u jibda jgħid: din fejn se tasal? Ma jonqosx bħal dejjem l-splużjoni tal-aħħar.”

“Żwieġ tat-Tiġieġ” se tittella’ s-Sibt fis-7.30pm u l-Ħadd fl-4pm. Garanzija ta’ daħq u divertiment, filwaqt li naqtgħu l-kurżità dwar min huma dawn it-tiġieġ li se jkunu qed jiżżewġu.

Allura, dak li jkun, jiena nħeġġu biex jibbukkja għaliex huma serati ta’ daħk garantit. Vera fadal l-aħħar ftit postijiet. Però tkun worth it ħafna. Nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej hawnhekk fit-Teatru tad-Dar Centrali.”

Bil-parteċipazzjoni ta’ Indri Attard, Stephanie Chircop, Jennifer Attard, Rita Cortis u John Ascione, wieħed jista’ jibbukja postu fit-Teatru billi jċempel fuq 25965262 jew 77726707.