Lokali Parlament

Il-gvern naqqas il-fondi lill-kunsilli lokali

  • Robert Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar qal li l-gvern Laburista naqqas il-fondi lil-kunsilli lokali.

F’diskors fil-parlament Robert Cutajar qal l-kunsilli lokali żgur mhux jikbru għaliex il-kunsilli jissemmew biss fl-inizjattivi fir-riżorsi umani fil-Kunsill Reġjonali u li se jiżdiedu l-ibins fil-lokalitajiet. Hu kompla li s-sindki huma diżappuntati fil-mod kif il-gvern mexa mal-kunsilli lokali u sostna li l-allokazzjoni diretta niżlet b’żewġ miljuni minn €38 miljun

Il-Gvern għandu jagħti garanzija li mhux se jkun hemm tnaqqis fil-fondi għaliex fl-estimi hemm tnaqqis ta’ €2 miljuni. Żgur li ma kienx hemm surplus fir-responabbiltajiet u poteri tal-kunsilli lokali. Hu semma’ l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar fejn Infrastructure Malta b’arroganza talbet €1 miljun lil dan il-kunsill.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li dan ma kienx budget b’surplus fil-konsultazzjoni għaliex il-gvern ma jemminx fiha; din tinsab biss fuq il-karta. Dwar dan qed jilmentaw is-sindki.

Robrt Cutajar semma’ l-LESA u qal li hu diffiċli li tara l-estimi finanzjarji tiegħu għaliex tliet snin ma jkunu ppreżentati. Il-Gvern ressaq biss l-estimi finanzjarji ta’ bejn l-1 ta’ Ottbru u l-31 ta’ Diċembru 2016 u mhux tal-aħħar sentejn.

Kemm il-breathalyzer test sar u kemm hemm vetturi fil-garaxx li mhux jintużaw? Ta’ min kienet id-deċiżjoni li flok isir l-infurzar li jsir twaqqgħu lill-uffiċjali tal-komunità fil-livell li qed ikunu mġiegħla jiftħu l-boroż tal-iskart biex jaraw xi skart hemm fih? F’liema pajjiż fid-dinja qed isir dan? staqsa Robert Cutajar, li kompla li biex tagħti ċitazzjoni l-persuna trid tinqabad fil-post u mhux il-gwardjan imur iqalleb fl-iskart. Hemm dimotivazzjoni kbira fost in-nies li jaħdmu fil-LESA. Kemm ingħataw direct orders u kif daħlu l-ħaddiem jaħdmu fl-uffiċċju tal-LESA? staqsa Robert Cutajar.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li kien hemm żewġ postijiet li għalihom kienu diġà identifikati żewġ persuni. Issa r-riżultati ħarġu iżda ma mtlewx għaliex min ġie l-ewwel u t-tieni ma ħax il-postijiet. Min hu responabbli għal dan in-nuqqas? Kollox mexa sew fil-proċess tal-offerti fil-LESA?

Dwar il-funzjoni tal-LESA, Robert Cutajar qal li llum m’hemmx koordinament bejn il-kunsilli lokali u l-gwardjani għaliex inbidlet is-sistema li kien hemm qabel fejn kien ikun il-kunsill li jiddeċiedi fejn għandu jkun il-gwardjan fil-lokal. Din hi proposta tal-PN iżda l-Gvern iddeċieda li jibdel din is-sistema. Il-PN jemmen li għandu jorbot il-Pulizija tal-Komunità ma’ din is-sistema.

Hu tkellem ukoll l-ambjent u qal li l-mozzjoni tal-PN dwar l-emerġenza fil-klima ġabet l-appoġġ tal-NGOs iżda l-gvern l-ewwel deher li se jivovta kontra u wara ġie mal-Oppożizzjoni. Kien il-PN li ssettja l-aġenda u issa l-gvern għandu jagħti spazju biex il-kunsilli lokali jaħdmu f’dan is-settur.

Hu obbligu tal-gvern li jgħin lill-kunsilli lokali, qal Robert Cutajar, li kompla li hemm 37 kunsill lokali li ntrabtu b’patt li jkun kien iffirmat bejn kunsilli lokali internazzjonalment biex iwettaqu diversi inizjattivi ambjentali. Il-pajjiż ma laħaqx il-miri fuq livell nazzjonali; aħseb u ara kemm se jilħaq u jgħin biex jintlaħqu l-miri internazzjonali, sostna Robert Cutajar.