Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ressaq numru ta’ proposti importani għal riformi fil-qrati biex dan jiffunzjonaw aħjar u jaqdu liċ-ċittadini b’mod iktar effettiv.
Fil-parlament il-Kap tal-PN Adrian Delia qal li fil-ġustizzja l-Ministru ftit jaf x’qed jiġri għaliex fil-budget dan hu settur bla viżjoni fejn ma jindirizzax il-problemi u ma joffrix soluzzjonijiet. Dan hu budget li jinsa għal kollox l-uġigħ tal-poplu u li minn jipprova jfittex il-ġustizzja, li ma jsibhiex jew isibha tard wisq. Il-Ministru tal-Ġustizzja mhux qed jisma’ l-karba tal-poplu u qed idawwar ħarstu band’oħra.

Adrian Delia kompla li dan is-settur ma mexa xejn ‘l quddiem fl-aħħar snin anzi l-Ministru Bonnici qed jipprova jitfa’ l-problemi taħt ittapit.
Dwar id-dewmien esaġerat fil-qrati, iċ-ċittadini qed igergru. Fil-Qorti tal-Appell iridu jgħaddi snin biex jibdew jinstemgħu l-kawżi. Illum qed nistennew ħafna iktar; kważi d-doppju, sostna Adrian Delia, li kompla li hemm każi li jeċċedu erba’ snin biex tibda tinstema’ l-kawża. Hu staqsa x’miżuri ssemmew fil-budget biex dan id-dewmien jinqata’. Din m’hix biss kwistjoni fuq il-ħin iżda fuq il-prinċipju li jekk il-ġustizzja ddum biex isisr din allura am tkunx seħħet.
Hu semma’ ċ-Ċentru ta’ medjazzjoni li taħt il-gvern Laburista falla fl-iskopijiet tiegħu wara li Gvern Nazzjonalista kien waqqfu fl-2004. Dan iċ-Ċentru llum iktar għandu medjaturi milli għandu kawżi, sostna Adrian Delia, li kompla li dan iċ-Ċentru qed jispiċċa fix-xejn.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li dan iċ-Ċentru mhux isolvi l-problemi li suppost kellu jsolvi. Il-komputerizzazzjoni fil-qrati ma teżistix u għadha lanqas toffri informazzjoni bażika. Dan minbarra li m’hemmx miżuri ġodda mill-Ministeru tal-Ġustizzja.
Adrian Delia smma’ li mhux is-sentenza u d-digrieti kollha qed jittellgħu fuq il-web site u ġieli jittellgħu ġranet wara. Dan hu investiment li sab lest mingħand Gvern Nazzjonalista.
Il-paġna tas-sentenzi online hi waħda li fiha ma teżisti l-ebda forma ta’ sommarju biex tgħid is-sentenza xi tkun stabbilixxiet. Barra minn Malta, mas-sentenzi, tinħareġ stqarrija li tinftiehem mill-poplu iżda f’Malta din ma ssirx.
Il-każistika tal-Qrati Superjuri m’hix kompluta meta din hi pubblikata mid-DOI u l-Ministru tal-Ġustizzja qatt ma talab li dawn is-sentenzi jkunu scanned u mpoġġija fuq il-web-site.
Hemm sentenzi li qatt ma ġew pubblikati u huma minsija minkejja l-valur li għandhom. Dawn jistgħu jkunu scanned u jitpoġġew online partikolari fl-Arkivji tal-Imdina fejn hemm patrimonju nazzjonali. Il-liġijiet ta’ Malta wkoll m’humiex kompluti.
Meta l-parlament jabroga liġi, il-kliem jitneħħa u għalhekk ħadd ma jkun jista’ jara l-kliem mibdul. Importanti li jkun hemm l-għarfien ta’ kif kienet u kif il-liġi qed tiżviluppa. Id-diary system fil-qrati mhix tintuża kif suppost.
L-aħħar edizzjoni tal-liġijiet ta’ Malta tmur għall-1984; 35 sena ilu. Jidher li għadu ma sar xejn biex tkun pubblikata edizzjoni riveduta tal-liġijiet.
Mhux qed ikun ppreżentat darba fis-sena proċess biex inaddaf il-ktieb tal-liġijiet li ma jkunx hemm iktar użu għalihom. Ma sar l-ebda attentat għal kodifikazzjoni tal-liġijiet.
L-abbozz tal-Kodiċi Amministrattiv dwar il-Kodifikazzjoni tal-Liġijiet għadu qatt ma daħal fis-seħħ anki jekk il-Kummissjoni Bonello tat il-parir fl-2013 biex jilleġiżla dan il-kodiċi biex jimla vojt kbir fil-Liġi Aministrattiva.
Numru mir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Bonello intiżi biex iħaffu l-proċeduri fil-qrati baqgħu ma twettqux.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li hemm diversi rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Bonelo fosthom li l-ġudikanti li jservu fil-Qorti Kostituzzjonali jservu biss f’dik il-Qorti biex b’hekk dawn ikunu jistgħu jaqtgħu s-sentenza bla dewmien.
Adrian Delia qal li l-qasam tal-ġustizzja hu minsi minn dan il-gvern; dan mhux isir b’koinċidenza iżda għax il-gvern qed jibqa’ jagħżel li ma jagħmilx ir-riformi. Il-Ministru tal-Ġustizzja għandu diversi rakkomandazzjonijiet; fosthom tal-Kummissjoni Bonello li issa ilhom sitt xhur li saru. Il-Gvern ma ressaq l-ebda proposta ġdida f’dan il-budget, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Ministru tal-Ġustizzja m’għandux ħeġġa li jiddiskuti jew li jwettaq ir-riformi. L-Oppożizzjoni lesta li tagħmel ix-xogħol hi fejn qed jonqos il-gvern.
Il-PN qed jipproponi t-tisħiħ ta’ forom differenti ta’ medjazzjoni fosthom il-medjazzjoni forzata tkun implimentata f’setturi oħra mhux biss fil-Qorti tal-Familja, jiproponi l-introduzzjoni ta’ e-medjazzjoni bit-teknoloġija tal-informatika, jipproponi li d-dipenalizzazzjoni ta’ ċertu reati kirminali fejn il-pieni hu żgħir u jibqgħux jinvolvu ħabs u proposti dwar id-dewmien fil-qrati.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni ppropona li għandu jkun stabbilit kemm qed jiżdied ix-xogħol fuq il-ġudikatura u kemm għandu jkun in-numru ta’ ġudikanti f’kull qorti.
Proposta oħra tal-PN hi li għandu jsir użu iktar effiċjenti tat-teknoloija tal-informazzjoni biex iċ-ċittadini imur biss għal bżonn biss fil-qrati. Is-sentenzi għandhom ikunu disponibbli dakinhar stess flimkien ma’ summarju tagħhom waqt li kull sentenza għandu jkollha l-key words.
Adrian Delia qal li għandha tkun pubblikata edizzjoni oħra tal-liġijiet ta’ Malta.
Proposta oħra tal-PN hi dwar l-għodda tal-affidavit fejn il-kontenut għandu jkun regolat b’liġi. M’għandux jitħalla iktar li l-kontro-eżami jibqa’ jiġi riżervat iżda jibda’ jsir f’dik is-seduta fejn ix-xhud ikun xehed.
Għandu jissaħħaħ il-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali u l-Uffiċċju tal-Prosekutur. Spetturi bla kwalifiċi legali għandhom jiddedikaw il-ħin għall-investigazzjonijiet waqt li l-prosekuzzjoni issir minn pulizija avukati.
Il-Maġistrati Inkwerenti għandhom ikunu maġistrati biss u xejn iktar. Għalhekk għandu jkun hemm pool ta’ maġistrati li jaħdmu biss fuq l-inkjesti.
Il-PN qed jipproponi wkoll taħriġ għall-esperti tal-qrati fosthom dwar il-kitba tar-rapporti u aspetti oħra.
Dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja, Adrian Delia qal li s’issa l-Ministru ħa biss is-separazzjoni tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li saret b’mod ħażin. Ir-rakkomandazzjonijiet l-oħra għadhom ma twettqux. Dawn huma miżuri għal kollox neqsin minn dan il-budget.
Fil-qasam tal-ġustizzja m’hemmx rieda politika; anzi hemm rieda biex is-sistema ġuridika tibqa’ tiddgħajjef, sostna Adrian Delia.
L-Oppożizzjoni qed tagħti sehem sħiħ dwar ir-riforma kostituzzjonali, sostna Adrian Delia, li qal li l-gvern għandu juri r-rieda politika li din titwetatq. Il-gvern għandu jikkonsulta wkoll mas-soċjetà ċivili wkoll għax il-Kostituzzjoni hi tal-pajjiż kollu
//= $special ?>