Lokali Parlament

Il-PN dejjem kien konsistenti fuq l-immigrazzjoni

  • Karl Gouder PN

Id-deputat Nazzonalista Karl Gouder qal li l-PN kien dejjem konsistenti fuq l-immigrazzjoni għaliex dejjem poġġa lill-bniedem bħala prijorità.

Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Gouder qal li kulħadd għandu dritt li jgħix ħajja diċenti irrispettivament mill-kulur tiegħu. Hu kkritika lill-Prim Ministru għall-mod kif jitkellem dwar l-immigrazzjoni u sostna li snin ilu Joseph Mucst kien ħeġġeġ fjamma perikoluża meta kien jappoġġa l-push back. Il-PN dejjem kien konsistenti fuq din il-kwistjoni, sostna Karl Gouder fejn poġġa lin-nies l-ewwel.

Karl Gouder qal li l-gvern għadu qatt ma mbarka fuq proġett li jgħin industriji ġodda fuq perjodu fit-tul. Hu kompla li Gvern Nazzjonalista kien attria lejn l-pajjiż industriji u investiment ta’ kwalità li ġabu lejn il-persuni barranin li setgħu jikkontribwixxu pożttivament fl-ekonomija.

Karl Gouder semma’ l-pressjonijiet li llum qed isiu fuq is-setturi tal-kostruzzjoni u tal-kirjiet u qal li dawn se joħolqu problemi kbar minħabba n-nuqqas ta’ viżjoni li għandu l-gvern. Hu appella biex isir djalogu dwar liema huma s-setturi ġodda u oħrajn mhux daqshekk ġodda li jistgħu jkunu msaħħa u attirati lejn il-pajjiż.

Id-deputat Nazzjonalista qal li kien pożittiv li l-Oppożizzjoni ikkonvinċiet lill-gvern biex jammetti li fid-dinja hawn emerġenza fil-klima. Fiċ-ċokon ta’ Malta, waħda mill-industrija adatta għal Malta hi l-industrija l-ħadra li tista’ ġġib rivoluzzjoni fil-pajjiż u tattira lejn il-pajjiż persuni ta’ kwalità. Dan ikollu wkoll effetti fuq il-kwalità tal-ħajja. Dawn ikunu proġetti li jagħtu reputazzjoni tajba lill-pajjiż, sostna Karl Gouder, li kompla li Malta tista tkun fuq quddiem f’dan is-settur u toħloq industrja ġdida.

Hu semma’ l-industriji tas-servizzi finanznajri u tal-i gaming u qal li dawn is-setturi baqgħu jattiraw barranin ta’ ċertu livell u talent. Hemm problema dwar il-kirjiet għall-propjetà li l-ħaddiema involuti f’dan is-settur qed iħallsu. Ikun żball kbir jekk dawn il-ħaddiema jitgerrxu mill-pajjiż propju minħabba l-prezzijiet tal-propjetà.

Id-deputat Nazzjonalista saħaq fuq l-importanza tar-rabta bejn l-edukazzjoni u x-xogħol. Hu tkellem ukoll dwar ir-reputazzjoni tal-pajjiż u qal li l-pajjiż għandu jieħu ħsieb ir-reputazzjoni tal-pajjiż għaleix jekk dan ma jsirx se jintilef l-investiment.