Lokali Parlament

Il-poplu qed iħallas għall-korruzzjoni mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma

– Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Parlment David Agius

Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Parlment David Agius qal li l-poplu qed iħalls għall-korruzzjoni mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma

Fil-parlament David Agius qal li l-enerġija u l-ilma huma setturi importanti għall-ekonomija iżda fi-diskros tiegħu l-Prim Ministru lanqas għamel l-iċken riferenza għal dawn is-setturi u injora d-diffikultajiet li għaddejjin minnhom il-familja bil-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Hu qal li dan għax il-Prim Ministru u l-erba’ ta’ madwar sejrin tajjeb u sostna li l-Prim Ministru qed jinsa lill-poplu Malti. Trid tkun l-Oppożizzjoni l-vuċi tal-poplu Malti.

Il-kontijiet tad-dawl u l-ilma huma serq, sostna David Agius, li kompla li l-Ministru responsabbli kien wieħed li din kienet anomalija li se tkun indirizzata meta l-Ministru kien qal li wasal fil-final. Hu qal li l kontrarjament għal dan il-Gvern ta €180,000 lil Kurt Farrugia.

David Agius staqsa dwar kif intuża miljuni ta’ fondi miksuba mill-UE u qal li dan kien budget li ma solviex il-probemi taż-żgħażagħ. Hu qal li n-nies taf x ‘inhuma d-differenzi bejn il-PN u l-PL; liema Gvern Laburista li immedjatament idaħħal it-taxxi u żidiet fil-prodotti essenzjali kontinwament. Iż-żieda ta’ €3.49 fil-ġimgħa m’huma xejn għall-familji li qed jintlaqtu mill-għoli tal-ħajja kontinwament. Tal-klikka dawn ma jħossuhomx, sostna David Agius, li kompla li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma qed joħolqu problemi kbar.

Dan kien Gvern li kien wieħed li jeradika l-faqar iżda fl-2018 il-faqar żdied għal 90,000. Il-pgai huma medja ta’ €9 fis-siegħa meta l-medja tal-UE hi €30 fis-siegħa iżda l-ħlasijiet għall-fuels huma l-istess.

Fil-fuels, meta kellna sitwazzjoni fl-201 bejn barmil żejt kien €113 il-fuel kien €1.18 waqt li llum bamril żejt hu biss €65 iżda l-fuel jinbiegħ bl-istess prezz. Fejn qed tmur din id-differenza?

Il-gvern wiegħed li se jirranġa s-sistema tad-dawl u l-ilma iżda wara sena l-poplu għadu jħallas kontijiet ogħla. Anki l-ex Kap Soċjalista Alfred Sant kiteb u qal li jekk jisma’ wisq ilmenti dwar kif l-Arms jilqgħu lil min ikollu problemi tad-dawl u l-ilma u li l-poplu qed ikollu jħallas kontijiet strambi. Alfred Sant kiteb ukoll li mal-Arms dejjem għandu raġun il-kompjuter.

Il-Vii-Kap tal-PN kompla li l-gvern qed jinjora lill-imsieħba soċjali fejn il-UĦM qalet li għandu jsir studju biex il-pubbliku jifhem il-kontijiet u li għandha ssir riforma sħiħa dwar kif joħroġ il-kont tad-dawl u l-ilma. Il-kont għandu jinħadem skont il-liġi biex jingħata ammont b’rata baxxa qabel dan jibda jħallas b’rati ogħla. Hemm wisq ilmenti fl-Arms u issa minbarra Alfred Sant anki l-Ombudsman qed jistħarreġ din is-sitwazzjoni.

David Agius qal li l-Electrogas għamlet kuntratt mal-Enemalta ta’ 153 miljun dollaru ta gass biex taħdem il-power station fejn hemm l-LNG. Irrispettivament jekk jintużax jew le, sostna David Agius, li kompla li l-Electrogas m’għandhiex gass u għalhekk marret għamlet kuntratt ms-Socar tal-Ażerbajġan.

Hu kompla li s-Socar m’għandhiex gass li marret għand ix-Shell li għamlet kuntratt jew ftehim ta’ 113-il miljun dollaru; 40 miljun dollaru fis-sena li fuq medda ta’ 10 snin se jitħallsu iktar minn 400 miljun dollaru żejjed minn fuq il-kontijiet tal-familja.

David Agius sostna li hemm żewġ kumpaniji Tillgate u Hernville li huma ta’ politiċi fejn jirriżulta li sid tal-Electorgas għandu 17 Black li se titfa’ l-flus f’dawn iż-żewġ kumpaniji. Dawn huma flus minn fuq il-kontijiet tad-dawl; se jieħdu €5,000 kuljum kull wieħed. Dawn huma kollha konfermati b’emails, kompla David Agius, li kompla li l-politiċi nodfa qed ibatu l-konsegwenzi minħabba l-aġir ta’ politiċi korrotti.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ rapporti fil-media internazzjonali dwar il-kriminalità finanzjarja, il-bejgħ tal-passapporti, il-korruzzjoni, l-iskandlu tal-Panama u n-nuqqas ta’ azzjoni. Il-Gvern kisser ir-reputazzjoni tal-pajjiż u d-deputati qed jibqgħu siekta quddiem il-korruzzjoni. Il-mod kif intefgħu 200,000 dollaru fis-17 Black hi korruzzjoni. Is-sid ta’ 17 Black hu identifikat f’emails li kien se jħallas 2 miljun dollaru lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi. Dan filwaqt li l-poplu jkollu jmur il-qorti biex jiġġieled għad-drittijiet tiegħu. Anki fuq is-sigurtà hemm il-problema biex ikun assigurat lit-tanker f’Marsaxlokk ikun sigur u bla problemi.

David Agius kompla li l-gvern issa qed jgħid li Malta qed tesporta d-dawl iżda l-Prim Ministru mhux jtikellem dwar dan. Il-power station kienet bżonnjuż biex ikun hemm min idaħħal il-lus fil-but.

Il-Viċi-Kap tal-PN kompla li l-kontijiet jistgħu jorħsu b’iktar minn 25% kieku l-flus ma jmorrux għall-korruzzjoni. Malta m’għandhiex tkun l-aqwa fl-iktar affarijiet ħżiena, sostna David Agius, li staqsa x’passi qed jieħu l-gvern għall-qalba għall-karozzi elettriċi. Din is-sena l-karozza qed jiġġeddu b’medja ta’ 45 karozza kuljum fit-toroq Maltin. Dan qed iwassal għal arja iktar maħmuġa.

David Agius tkellem dwar l-ambjent u qal li fl-aħħar instab il-qbil bejn iż-żewġ naħat. Dn hu biss il-bidu, sostna David Adius.

Hu tkellem dwar il-leakages fid-djar li jknu qed juru pattern mhux tas-soltu u appella biex issir il-ħidma biex dawn jonqsu sew. Dwar il-pipilne line tal-gass mal-Ewropa, David Agius qal li dan hu importanti ħafna u għalhekk il-proċes għandu jitħaffef. Il-Gvern għandu jispega kif se nilħqu l-miri tal-2020 fl-enerġija alternattiva. David Agius qal li jispera li l-gvern mhux jibbaża biss fuq is-solar farms u staqsa x’inhu l-erstenaġġ ta’ enerġija ġenerata mill-iskart u enerġija oħra ġenerati bħalissa fil-pajjiż.

Dwar l-meters li jinqraw b’mod awtomatiku, David Agius qal li żgur li din il-mira ma nlaħqitx minkejja l-wegħda li kien għamel il-Ministru Joe Mizzi. Il-gvern jonqsu jagħmel ħafna mal-customer care.

David Agius tkellem dwar it-tariffi talli l-familji jkollhom panelli fuq il-bejt li minn 25c niżlu għal 7c. Hu semma’ r-reverse osmisis u staqsa kif qed ikun hemm garanziji ta’ sigurtà jekk ikun hemm xi inċident fl-ibħra Maltin minħabba l-ammont kbir ta’ vapuri l jgħaddu minn Mediterran viċin Malta. Dwar Chadwick Lakes, hu qal li x-xogħlijiet huma miexja bil-mod wisq.

Gvern Nazjonalista jagħti garanzija li l-flus kollha ta’ serq fil-kontijiet jingħataw lura lill-poplu Malti u Għawdxi. Għandu jkun hemm roħs xieraq u diċenti fil-kontijiet, fil-prezzijiet tal-fuels u jintlaħqu l-miri tal-nerġija biex Malta tkun fuq quddiem fl-UE, sostna David Agius